+Artikolu 16 Separazzjoni tan-negozju u tal-attivitajiet
---+Artikolu 16 1
---+Artikolu 16 2
---+Artikolu 16 3
---+Artikolu 16 4
---+Artikolu 16 5
---+Artikolu 16 6
|
Artikolu 16 Separazzjoni tan-negozju u tal-attivitajiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1
|
1. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG ma għandhom jipprovdu l-ebda waħda mill-attivitajiet li ġejjin:
|
(a)
|
attivitajiet ta’ konsulenza ma’ investituri jew impriżi;
|
|
(b)
|
il-ħruġ u d-distribuzzjoni ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (a), tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009;
|
|
(c)
|
il-provvista ta’ parametri referenzjarji kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (50, tar-Regolament (UE) 2016/1011;
|
|
(d)
|
servizzi u attivitajiet ta’ investiment kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (2), tar-Regolament 2014/65/UE;
|
|
(e)
|
l-awditjar statutorju dwar ir-rapporti finanzjarji u l-inkarigi ta’ assigurazzjoni rigward ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà fis-sens tad-Direttiva 2013/34/UE;
|
|
(f)
|
attivitajiet ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u attivitajiet tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fis-sens tad-Direttiva 2009/138/KE.
|
|
|
Artikolu 16 2
|
2. B’deroga mill-paragrafu 1, fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jista’ jipprovdi l-attivitajiet msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (d) jew (f), dment li jistabbilixxi, barra l-miżuri msemmija fl-Artikoli 25 u 26, miżuri speċifiċi:
|
(a)
|
biex jiġi żgurat li kull attività tiġi eżerċitata b’mod awtonomu;
|
|
(b)
|
biex jiġi evitat il-ħolqien ta’ riskji potenzjali ta’ kunflitti ta’ interess fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan l-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG tagħha;
|
|
(c)
|
biex jiġi żgurat li l-impjegati tiegħu li huma involuti direttament fil-proċess tal-valutazzjoni ta’ element ikklassifikat ma jipprovdux l-ebda waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (d) jew (f).
|
Fl-implimentazzjoni ta’ tali miżuri, il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jqis ukoll l-attivitajiet tal-grupp li jappartjeni għalih, jekk applikabbli.
|
|
Artikolu 16 3
|
3. B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (c), fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jista’ jippreżenta talba mal-ESMA biex ikun awtorizzat jipprovdi parametri referenzjarji dment li jistabbilixxi miżuri speċifiċi, inklużi dawk imsemmija fil-paragrafu 2. L-ESMA għandha tiddeċiedi jekk il-miżuri proposti mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG humiex xierqa u suffiċjenti fir-rigward tar-riskji potenzjali ta’ kunflitti ta’ interess. Jekk l-ESMA tqis li l-miżuri mhumiex xierqa jew suffiċjenti fir-rigward tar-riskji potenzjali ta’ kunflitti ta’ interess, għandu japplika l-paragrafu 1, il-punt (c).
Kwalunkwe bidla sostanzjali fil-miżuri meħuda mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew fl-implimentazzjoni tagħhom għandha tiġi nnotifikata lill-ESMA mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG qabel tali bidla tiġi implimentata. L-ESMA għandha tiddeċiedi jekk il-miżuri għadhomx xierqa u suffiċjenti fir-rigward tar-riskji potenzjali ta’ kunflitti ta’ interess. Jekk l-ESMA tqis li l-miżuri ma għadhomx xierqa jew suffiċjenti fir-rigward tar-riskji potenzjali ta’ kunflitti ta’ interess, għandu japplika l-paragrafu 1, il-punt (c).
L-ESMA għandha tieħu deċiżjoni kif imsemmi fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta tirċievi l-informazzjoni kompluta dwar il-miżuri proposti mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew ta’ kwalunkwe bidliet sostanzjali għalihom, jew sal-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 7 meta il-valutazzjoni tal-ESMA tkun parti mill-evalwazzjoni tagħha tal-applikazzjoni tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għall-awtorizzazzjoni.
|
|
Artikolu 16 4
|
4. Fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jiżgura li l-impjegati tiegħu li jkunu involuti direttament fil-proċess tal-valutazzjoni ta’ element ikklassifikat ma jipprovdu l-ebda waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b) u (e).
|
|
Artikolu 16 5
|
5. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika d-dettalji tal-miżuri u tas-salvagwardji li jridu jiġu implimentati skont il-paragrafi 2, 3 u 4.
L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Ottubru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 16 6
|
6. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jiżguraw li l-forniment ta’ servizzi għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ma joħloqx riskji ta’ kunflitti ta’ interess fl-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG tagħhom. Fejn hemm riskji ta’ kunflitti ta’ interess, il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom joqogħdu lura milli joffru tali servizzi oħra.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|