1. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jkollhom fis-seħħ u jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom il-proċeduri biex jirċievu, jinvestigaw u jżommu rekords dwar l-ilmenti li jkunu saru mill-utenti ta’ klassifikazzjonijiet ESG, mill-elementi kklassifikati u mill-emittenti ta’ elementi kklassifikati. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jipprovdu wkoll b’mod ċar informazzjoni fuq is-sit web tagħhom dwar il-mekkaniżmu għat-trattament tal-ilmenti u d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom.