4. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar l-elementi li għandhom jiġu ddivulgati f’konformità mal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu. Dawk l-elementi ma għandhom jinkludu l-ebda rekwiżit ta’ divulgazzjoni addizzjonali minbarra dawk elenkati fil-punt 1 tal-Anness III.
L-ESMA għandha tissottometti l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Ottubru 2025.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.