+Artikolu 24 Divulgazzjonijiet lill-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG, lill-elementi kklassifikati u l-emittenti ta’ elementi kklassifikati
---+Artikolu 24 1
---+Artikolu 24 2
---+Artikolu 24 3
---+Artikolu 24 4

Artikolu 24 Divulgazzjonijiet lill-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG, lill-elementi kklassifikati u l-emittenti ta’ elementi kklassifikati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 1

1.   Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jiddivulga bħala minimu, l-informazzjoni msemmija fil-punt 2 tal-Anness III lill-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG, lill-elementi kklassifikati u l-emittenti ta’ elementi kklassifikati fuq bażi kontinwa.

Artikolu 24 2

2.   Fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jiżgura li meta jawtorizza utent tal-klassifikazzjonijiet ESG jiddivulga klassifikazzjoni ESG, link għall-informazzjoni msemmija fil-punt 1 tal-Anness III tkun mehmuża mal-klassifikazzjoni ESG.

Artikolu 24 3

3.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar l-elementi li għandhom jiġu ddivulgati f’konformità mal-paragrafu 1. Dawk l-elementi ma għandhom jinkludu l-ebda rekwiżit ta’ divulgazzjoni addizzjonali minbarra dawk elenkati fil-punt 2 tal-Anness III.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Ottubru 2025.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 24 4

4.   L-ESMA tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-istandards, il-formati u l-mudelli tad-data li l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jeħtieġ li jużaw biex jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards regolatorji ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.