4. Azzjonist jew membru ta’ fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG li jeżerċita influwenza sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2, il-punt (13), it-tieni sentenza, tad-Direttiva 2013/34/UE fuq dak il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, jew fuq impriża li għandha s-setgħa teżerċita kontroll jew influwenza dominanti fuq dak il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, għandu jiġi pprojbit milli jagħmel kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq kwalunkwe fornitur ieħor ta’ klassifikazzjonijiet ESG;
|
|
(b)
|
li jkollu d-dritt jew is-setgħa li jaħtar jew ineħħi membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju ta’ kwalunkwe fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ieħor;
|
|
(c)
|
li jkun membru tal-bord amministrattiv jew superviżorju ta’ kwalunkwe fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ieħor.
|
L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika għal investimenti f’fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG oħrajn li jappartjenu għall-istess grupp ta’ fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew għal investimenti f’fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG li huma impriżi mikro jew impriżi żgħar skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, rispettivament, tad-Direttiva 2013/34/UE.