+Artikolu 25 Indipendenza u evitar ta’ kunflitti ta’ interess
---+Artikolu 25 1
---+Artikolu 25 2
---+Artikolu 25 3
---+Artikolu 25 4
---+Artikolu 25 5
---+Artikolu 25 6
---+Artikolu 25 7
|
Artikolu 25 Indipendenza u evitar ta’ kunflitti ta’ interess
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1
|
1. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti ta’ governanza robusti, inkluża struttura organizzattiva ċara bi rwoli u responsabbiltajiet definiti sewwa, trasparenti u konsistenti għall-persuni kollha involuti fil-forniment ta’ klassifikazzjoni ESG.
|
|
Artikolu 25 2
|
2. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe klassifikazzjoni ESG ipprovduta ma tiġix affettwata minn xi kunflitt ta’ interess eżistenti jew potenzjali, jew minn xi relazzjoni kummerċjali jew relazzjoni oħra, li toħroġ mill-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG innifishom jew mill-azzjonisti, mill-maniġers, mill-analisti tal-klassifikazzjoni, mill-impjegati jew minn xi persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG, jew ta’ xi persuna direttament jew indirettament marbuta magħhom b’kontroll jew kwalunkwe fornituri terzi li lilhom jkunu ġew esternalizzati funzjonijiet jew kwalunkwe servizz jew attività.
|
|
Artikolu 25 3
|
3. Fejn ikun hemm riskju ta’ kunflitt ta’ interess fi ħdan fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG minħabba l-istruttura tas-sjieda, l-interessi ta’ kontroll jew l-attivitajiet ta’ dak il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, ta’ xi entità li għandha jew tikkontrolla l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, ta’ entità li hija proprjetà tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew li hija kkontrollata minnu, jew ta’ xi wieħed mill-affiljati tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew ta’ fornituri terzi, l-ESMA għandha tieħu azzjoni xierqa. L-ESMA tista’ titlob lill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jieħu miżuri biex itaffi dak ir-riskju.
Meta kunflitt ta’ interess kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma jiġix ġestit b’mod adegwat permezz tal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA tista’ tirrikjedi lill-fornitur tal-klassifikazzjonijiet ESG biex isolvi dak il-kunflitt ta’ interess. Jekk ikun meħtieġ, l-ESMA għandha titlob lill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG iwaqqaf l-attivitajiet jew ir-relazzjonijiet li joħolqu l-kunflitt ta’ interess, jew li jieqaf jipprovdi l-klassifikazzjonijiet ESG.
|
|
Artikolu 25 4
|
4. Azzjonist jew membru ta’ fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG li jeżerċita influwenza sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2, il-punt (13), it-tieni sentenza, tad-Direttiva 2013/34/UE fuq dak il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, jew fuq impriża li għandha s-setgħa teżerċita kontroll jew influwenza dominanti fuq dak il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, għandu jiġi pprojbit milli jagħmel kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq kwalunkwe fornitur ieħor ta’ klassifikazzjonijiet ESG;
|
|
(b)
|
li jkollu d-dritt jew is-setgħa li jaħtar jew ineħħi membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju ta’ kwalunkwe fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ieħor;
|
|
(c)
|
li jkun membru tal-bord amministrattiv jew superviżorju ta’ kwalunkwe fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ieħor.
|
L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika għal investimenti f’fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG oħrajn li jappartjenu għall-istess grupp ta’ fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew għal investimenti f’fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG li huma impriżi mikro jew impriżi żgħar skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, rispettivament, tad-Direttiva 2013/34/UE.
|
|
Artikolu 25 5
|
5. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jiddivulgaw lill-ESMA l-kunflitti ta’ interess eżistenti jew potenzjali kollha, inklużi l-kunflitti ta’ interess li jirriżultaw mis-sjieda jew mill-kontroll tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG.
|
|
Artikolu 25 6
|
6. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jistabbilixxu u joperaw politiki, proċeduri u arranġamenti organizzattivi effettivi għall-identifikazzjoni, id-divulgazzjoni, il-prevenzjoni, l-immaniġġar u l-mitigazzjoni tal-kunflitti ta’ interess. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jirrieżaminaw u jaġġornaw regolarment dawk il-politiki, il-proċeduri u l-arranġamenti. Dawk il-politiki, il-proċeduri u l-arranġamenti għandhom jipprevjenu, jimmaniġġaw u jimmitigaw b’mod speċifiku l-kunflitti ta’ interess minħabba s-sjieda jew il-kontroll tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew minħabba interessi oħrajn fil-grupp tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, jew kunflitti ta’ interess li huma kkawżati minn persuni oħrajn li jeżerċitaw influwenza jew kontroll fuq il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG b’rabta mad-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni ESG.
|
|
Artikolu 25 7
|
7. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jirrieżaminaw l-operazzjonijiet tagħhom biex jidentifikaw kunflitti ta’ interess potenzjali mill-inqas b’mod annwali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|