2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ titlob lill-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jipprovdulha evidenza ddokumentata dwar il-politika tal-ipprezzar tagħhom, inklużi l-istruttura tat-tariffi u l-kriterji tal-ipprezzar. L-ESMA tista’ tieħu miżuri superviżorji f’konformità mal-Artikolu 35, u tista’ tiddeċiedi li timponi multi f’konformità mal-Artikolu 36 meta ssib li t-tariffi li jimponu l--fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG mhumiex ġusti, raġonevoli, trasparenti u mhux diskriminatorji.