+Artikolu 29 ESMA
---+Artikolu 29 1
---+Artikolu 29 2
---+Artikolu 29 3
---+Artikolu 29 4
---+Artikolu 29 5
---+Artikolu 29 6

Artikolu 29 ESMA

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1

1.   F’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA għandha toħroġ u taġġorna linji gwida dwar il-kooperazzjoni bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-proċeduri għal, u l-kundizzjonijiet dettaljati relatati, mad-delega tal-kompiti.

Artikolu 29 2

2.   F’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA għandha, f’kooperazzjoni mal-EBA u mal-EIOPA, toħroġ u taġġorna linji gwida dwar l-applikazzjoni tar-reġim ta’ approvazzjoni msemmi fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament sat-2 ta’ Ottubru 2025.

Artikolu 29 3

3.   L-ESMA għandha tippubblika rapport annwali dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż dwar il-miżuri superviżorji meħuda u l-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti mill-ESMA skont dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jkun fih, b’mod partikolari, informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tas-suq tal-klassifikazzjonijiet ESG fl-Unjoni u valutazzjoni tal-applikazzjoni tar-reġimi tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikoli 10, 11 u 12.

L-ESMA għandha tippreżenta r-rapport annwali msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Artikolu 29 4

4.   Kull sena, l-ESMA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista ta’ fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG elenkati fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 14(1), li tindika s-sehem mis-suq totali tagħhom fl-Unjoni. Il-pubblikazzjoni għandha tqis l-istruttura tas-suq, inklużi l-livelli ta’ konċentrazzjoni u d-diversità tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG.

Artikolu 29 5

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 4, is-sehem mis-suq għandu jitkejjel b’referenza għall-fatturat annwali ġġenerat mill-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG fil-livell ta’ grupp fl-Unjoni.

Artikolu 29 6

6.   L-ESMA għandha tikkoopera mal-EBA u mal-EIOPA fit-twettiq tal-kompiti tagħha u għandha tikkonsulta mal-EBA u mal-EIOPA qabel ma toħroġ u taġġorna linji gwida u tissottometti abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji skont dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.