3. L-ESMA għandha tippubblika rapport annwali dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż dwar il-miżuri superviżorji meħuda u l-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti mill-ESMA skont dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jkun fih, b’mod partikolari, informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tas-suq tal-klassifikazzjonijiet ESG fl-Unjoni u valutazzjoni tal-applikazzjoni tar-reġimi tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikoli 10, 11 u 12.
L-ESMA għandha tippreżenta r-rapport annwali msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.