6. L-ESMA għandha tinnotifika kwalunkwe deċiżjoni li tieħu miżura superviżorja skont il-paragrafu 1 lill-persuna responsabbli għall-ksur mingħajr dewmien żejjed. L-ESMA għandha tippubblika kwalunkwe deċiżjoni bħal din fuq is-sit web tagħha fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data meta tkun ġiet adottata.
Il-pubblikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkun fiha dawn kollha li ġejjin:
|
(a)
|
dikjarazzjoni li tafferma d-dritt tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG li jappella d-deċiżjoni;
|
|
(b)
|
fejn rilevanti, dikjarazzjoni li tafferma li jkun tressaq appell u li tispeċifika li tali appell ma jkollux effett sospensiv;
|
|
(c)
|
dikjarazzjoni li tasserixxi li jkun possibbli għall-ESMA li tissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata f’konformità mal-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|