+Artikolu 35 Miżuri superviżorji mill-ESMA
---+Artikolu 35 1
---+Artikolu 35 2
---+Artikolu 35 3
---+Artikolu 35 4
---+Artikolu 35 5
---+Artikolu 35 6
---+Artikolu 35 7
|
Artikolu 35 Miżuri superviżorji mill-ESMA
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35 1
|
1. Meta l-ESMA ssib li fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ma jkunx ikkonforma mal-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament, hija għandha tieħu waħda jew aktar mill-miżuri superviżorji li ġejjin:
|
(a)
|
tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjoni jew ir-rikonoxximent tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG;
|
|
(b)
|
tipprojbixxi temporanjament lill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG milli jippubblika jew jiddistribwixxi klassifikazzjonijiet ESG, sakemm jintemm il-ksur;
|
|
(c)
|
titlob lill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG itemm il-ksur;
|
|
(d)
|
timponi multi skont l-Artikolu 36;
|
|
(e)
|
toħroġ avviżi pubbliċi.
|
|
|
Artikolu 35 2
|
2. L-ESMA tista’ tieħu wkoll waħda jew aktar mill-miżuri superviżorji msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (b) sa (e), ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ kwalunkwe fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG li jopera fl-Unjoni skont l-Artikolu 2(1):
|
(a)
|
mingħajr ma tikkonforma mal- Artikolu 4, jew metal-ESMA tkun issospendiet jew irtirat l-awtorizzazzjoni jew rikonoxximent tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG imsemmi f’dak l-Artikolu;
|
|
(b)
|
mingħajr ma tikkonforma mal-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn kwalunkwe esklużjoni stabbilita fl-Artikolu 2(2).
|
|
|
Artikolu 35 3
|
3. L-ESMA tista’ tieħu wkoll il-miżura superviżorja msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (e), fil-każ li attività ta’ klassifikazzjoni ESG ta’ fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG li jopera fl-Unjoni tkun ta’ theddida serja għall-integrità tas-suq jew għall-protezzjoni tal-investituri fl-Unjoni.
Sabiex tivverifika jekk persuna tkunx qed topera fl-Unjoni skont l-Artikolu 2(1), l-ESMA tista’ tuża s-setgħat mogħtija lilha bl-Artikoli 32, 33 u 34 fir-rgward tal-persuna kkonċernata jew kwalunkwe parti terza li tippermetti lill-persuna kkonċernata twettaq l-attività ta’ klassifikazzjoni ESG.
|
|
Artikolu 35 4
|
4. Il-miżuri superviżorji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
|
|
Artikolu 35 5
|
5. Meta tieħu kwalunkwe mill-miżuri superviżorji msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:
|
(a)
|
id-durata u l-frekwenza tal-ksur;
|
|
(b)
|
jekk ir-reat finanzjarju kienx twettaq jew iffaċilitat jew inkella huwiex attribwibbli għall-ksur;
|
|
(c)
|
jekk il-ksur ikunx sar intenzjonalment jew b’negliġenza;
|
|
(d)
|
il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;
|
|
(e)
|
is-saħħa finanzjarja tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, kif indikata mill-fatturat nett annwali totali tiegħu;
|
|
(f)
|
l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tal-investituri u fuq utenti ta’ klassifikazzjonijiet ESG oħrajn;
|
|
(g)
|
l-importanza tal-profitti miksuba u tat-telf evitat mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew tat-telf għall-partijiet terzi derivat mill-ksur, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati tali profitti u telf;
|
|
(h)
|
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG mal-ESMA, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata r-restituzzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dak il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG minħabba dak il-ksur;
|
|
(i)
|
kwalunkwe ksur preċedenti mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG;
|
|
(j)
|
il-miżuri meħuda wara l-ksur mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG biex tiġi evitata r-repetizzjoni tiegħu.
|
Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ksur għandu jitqies li sar intenzjonalment jekk l-ESMA ssib elementi oġġettivi li juru li persuna aġixxiet deliberatament biex twettaq il-ksur.
|
|
Artikolu 35 6
|
6. L-ESMA għandha tinnotifika kwalunkwe deċiżjoni li tieħu miżura superviżorja skont il-paragrafu 1 lill-persuna responsabbli għall-ksur mingħajr dewmien żejjed. L-ESMA għandha tippubblika kwalunkwe deċiżjoni bħal din fuq is-sit web tagħha fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data meta tkun ġiet adottata.
Il-pubblikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkun fiha dawn kollha li ġejjin:
|
(a)
|
dikjarazzjoni li tafferma d-dritt tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG li jappella d-deċiżjoni;
|
|
(b)
|
fejn rilevanti, dikjarazzjoni li tafferma li jkun tressaq appell u li tispeċifika li tali appell ma jkollux effett sospensiv;
|
|
(c)
|
dikjarazzjoni li tasserixxi li jkun possibbli għall-ESMA li tissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata f’konformità mal-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
|
Artikolu 35 7
|
7. L-ESMA tista’ tirrikjedi wkoll li l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG li jwettaq ksur jinforma lill-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESGtiegħu dwar kwalunkwe miżura superviżorja meħuda mill-ESMA skont il-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|