+Artikolu 37 Pagamenti perjodiċi ta’ penali
---+Artikolu 37 1
---+Artikolu 37 2
---+Artikolu 37 3
---+Artikolu 37 4

Artikolu 37 Pagamenti perjodiċi ta’ penali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 37 1

1.   L-ESMA għandha, b’deċiżjoni, timponi pagamenti perjodiċi ta’ penali sabiex iġġiegħel:

(a)

lil fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG itemm ksur f’konformità ma’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 35(1), il-punt (c);

(b)

lill-persuni msemmija fl-Artikolu 32(1):

(i)

jipprovdu informazzjoni kompluta li tkun intalbet b’deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 32(3);

(ii)

jissottomettu ruħhom għal investigazzjoni u, b’mod partikolari, jipproduċu fl-intier tagħhom rekords, data, proċeduri kompluti jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ u jimlew u jikkoreġu informazzjoni oħra pprovduta f’investigazzjoni mnedija b’deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 33(3);

(iii)

jissottomettu ruħhom għal spezzjoni fuq il-post ordnata b’deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 34(4).

Artikolu 37 2

2.   Pagament perjodiku ta’ penali għandu jkun effettiv u proporzjonat. L-ESMA għandha timponi l-pagament perjodiku ta’ penali fuq bażi ta’ kuljum sakemm il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew il-persuna kkonċernata jikkonformaw mad-deċiżjoni rilevanti msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 37 3

3.   Minkejja l-paragrafu 2, l-ammont tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali għandu jkun 3 % tal-fatturat medju ta’ kuljum fis-sena kontabilistika preċedenti jew, fil-każ ta’ persuni fiżiċi, 2 % tal-introjtu medju ta’ kuljum fis-sena kalendarja preċedenti. Dan għandu jiġi kkalkolat mid-data stipulata fid-deċiżjoni li timponi l-pagament perjodiku ta’ penali.

Artikolu 37 4

4.   Pagament perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal perjodu massimu ta’ sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-ESMA msemmija fil-paragrafu 1. Wara t-tmiem tal-perjodu għal xiex il-pagament perjodiku penali jkun impost, l-ESMA għandha tirrieżamina l-miżura.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.