7. Abbażi tal-fajl li jkun fih is-sejbiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni u, fejn mitlub mill-persuni kkonċernati wara li jkun sema’ lil dawk il-persuni f’konformità mal-Artikolu 40, il-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA għandu jivvaluta jekk persuna waħda jew aktar soġġetti għall-investigazzjoni jkunux ikkommettew il-ksur ikkonċernat u għandu, f’dak li għandu x’jaqsam mal-konklużjoni li jkun twettaq tali ksur, jieħu miżura superviżorja kif imsemmija fl-Artikolu 35 u jimponi multa f’konformità mal-Artikolu 36.