9. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 47 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta aktar regoli ta’ proċedura biex tiġi eżerċitata s-setgħa tal-ESMA li timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ difiża, dispożizzjonijiet temporali u l-ġbir ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, u billi tadotta regoli dettaljati dwar il-perjodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar tal-multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali.