+Artikolu 45 Notifiki u talbiet għal sospensjoni mill-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 45 1
---+Artikolu 45 2
---+Artikolu 45 3
---+Artikolu 45 4
|
Artikolu 45 Notifiki u talbiet għal sospensjoni mill-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45 1
|
1. Awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li ssib li fit-territorju tagħha stess jew ta’ Stat Membru ieħor qed jitwettqu jew twettqu atti minn fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG li jiksru dan ir-Regolament, għandha tinforma lill-ESMA b’dan. Meta awtorità kompetenti tqis li jkun xieraq għal skopijiet investigattivi, dik l-awtorità kompetenti tista’ tissuġġerixxi lill-ESMA li tivvaluta l-ħtieġa li tuża s-setgħat skont l-Artikolu 32 b’rabta mal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG involut f’dawk l-atti.
|
|
Artikolu 45 2
|
2. L-ESMA għandha tieħu azzjoni xierqa. L-ESMA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti notifikanti bl-eżitu u, sa fejn ikun possibbli, bi kwalunkwe żvilupp interim sinifikanti.
|
|
Artikolu 45 3
|
3. Awtorità kompetenti notifikanti ta’ Stat Membru li tqis li fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG elenkat fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 14 li l-klassifikazzjonijiet ESG tiegħu jintużaw fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jkun kiser dan ir-Regolament b’tali mod li l-protezzjoni tal-investituri jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja f’dak l-Istat Membru tiġi affettwata b’mod sinifikanti, tista’ titlob lill-ESMA tissospendi l-forniment ta’ klassifikazzjonijiet ESG mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ikkonċernat. L-awtorità kompetenti notifikanti għandha tipprovdi lill-ESMA bir-raġunijiet sħaħ għat-talba tagħha.
|
|
Artikolu 45 4
|
4. Meta l-ESMA tqis li t-talba msemmija fil-paragrafu 3 ma tkunx ġustifikata, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti notifikanti b’dan bil-miktub, filwaqt li tistabbilixxi r-raġunijiet għall-opinjoni tagħha. Meta l-ESMA tqis li t-talba hija ġustifikata, hija għandha tieħu l-miżuri xierqa biex issolvi l-kwistjoni u għandha tgħarraf b’dan lill-awtorità kompetenti notifikanti bil-miktub.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|