1. Awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li ssib li fit-territorju tagħha stess jew ta’ Stat Membru ieħor qed jitwettqu jew twettqu atti minn fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG li jiksru dan ir-Regolament, għandha tinforma lill-ESMA b’dan. Meta awtorità kompetenti tqis li jkun xieraq għal skopijiet investigattivi, dik l-awtorità kompetenti tista’ tissuġġerixxi lill-ESMA li tivvaluta l-ħtieġa li tuża s-setgħat skont l-Artikolu 32 b’rabta mal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG involut f’dawk l-atti.