2. L-informazzjoni kollha skambjata skont dan ir-Regolament bejn l-ESMA, l-awtoritajiet kompetenti, l-EBA, l-EIOPA, u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41), li tikkonċerna l-kundizzjonijiet ta’ negozju jew operazzjonali jew affarijiet ekonomiċi jew personali oħrajn għandha titqies kunfidenzjali, ħlief meta:
|
(a)
|
l-ESMA jew l-awtorità kompetenti jew awtorità oħra jew korp ieħor ikkonċernati jiddikjaraw fil-mument tal-komunikazzjoni li tali informazzjoni tista’ tiġi ddivulgata;
|
|
(b)
|
d-divulgazzjoni ta’ tali informazzjoni tkun meħtieġa għal proċedimenti ġudizzjarji;
|
|
(c)
|
l-informazzjoni ddivulgata tintuża f’sommarju jew f’forma aggregata li fiha l-parteċipanti individwali fis-swieq finanzjarji ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.
|