+Artikolu 46 Segretezza professjonali
---+Artikolu 46 1
---+Artikolu 46 2
|
Artikolu 46 Segretezza professjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 46 1
|
1. L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-ESMA, għall-awtoritajiet kompetenti u għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-ESMA, għall-awtoritajiet kompetenti jew għal kwalunkwe persuna oħra li lilha l-ESMA tkun iddelegat xi kompiti, inklużi awdituri u esperti kkuntrattati mill-ESMA. L-informazzjoni koperta bis-segretezza professjonali ma għandhiex tiġi ddivulgata lill-ebda persuna jew awtorità oħra għajr permezz tad-dritt tal-Unjoni jew bil-liġi nazzjonali.
|
|
Artikolu 46 2
|
2. L-informazzjoni kollha skambjata skont dan ir-Regolament bejn l-ESMA, l-awtoritajiet kompetenti, l-EBA, l-EIOPA, u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41), li tikkonċerna l-kundizzjonijiet ta’ negozju jew operazzjonali jew affarijiet ekonomiċi jew personali oħrajn għandha titqies kunfidenzjali, ħlief meta:
|
(a)
|
l-ESMA jew l-awtorità kompetenti jew awtorità oħra jew korp ieħor ikkonċernati jiddikjaraw fil-mument tal-komunikazzjoni li tali informazzjoni tista’ tiġi ddivulgata;
|
|
(b)
|
d-divulgazzjoni ta’ tali informazzjoni tkun meħtieġa għal proċedimenti ġudizzjarji;
|
|
(c)
|
l-informazzjoni ddivulgata tintuża f’sommarju jew f’forma aggregata li fiha l-parteċipanti individwali fis-swieq finanzjarji ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|