|
+Artikolu 2 1. |
Artikolu 2 1.Din id-Direttiva għandha tapplika għall-kumpaniji ffurmati f’konformità mal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru u li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-kumpanija kellha medja ta’ aktar minn 5 000 impjegat u kellha fatturat nett dinji ta’ aktar minn EUR 1 500 000 000 fl-aħħar sena finanzjarja li għaliha ġew adottati jew kellhom jiġu adottati dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali;
(b)
il-kumpanija ma laħqitx il-livelli limitu kif imsemmija fil-punt (a) iżda hija l-kumpanija omm apikali ta’ grupp li laħaq dawk il-livelli limitu fl-aħħar sena finanzjarja li għaliha ġew adottati jew kellhom jiġu adottati dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali konsolidati;
(c)
il-kumpanija daħlet fi grupp jew hija l-kumpanija omm apikali ta’ grupp li daħal fi ftehimiet ta’ franchising jew ta’ liċenzjar fl-Unjoni bi skambju għal royalties ma’ kumpaniji terzi indipendenti, meta dawk il-ftehimiet jiżguraw identità komuni, kunċett ta’ negozju komuni u l-applikazzjoni ta’ metodi kummerċjali uniformi, u meta dawk ir-royalties ammontaw għal aktar minn EUR 75 000 000 fl-aħħar sena finanzjarja li għaliha ġew adottati jew kellhom jiġu adottati dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, u dment li l-kumpanija kellha jew hija l-kumpanija omm apikali ta’ grupp li kellu fatturat nett dinji ta’ aktar minn EUR 275 000 000 fl-aħħar sena finanzjarja li għaliha ġew adottati jew kellhom jiġu adottati dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|