+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.
---+Artikolu 2 4.
---+Artikolu 2 5.
---+Artikolu 2 6.
---+Artikolu 2 7.
---+Artikolu 2 8.

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1.

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-kumpaniji ffurmati f’konformità mal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru u li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

▼M2

(a) 

il-kumpanija kellha medja ta’ aktar minn 5 000 impjegat u kellha fatturat nett dinji ta’ aktar minn EUR 1 500 000 000  fl-aħħar sena finanzjarja li għaliha ġew adottati jew kellhom jiġu adottati dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali;

▼B

(b) 

il-kumpanija ma laħqitx il-livelli limitu kif imsemmija fil-punt (a) iżda hija l-kumpanija omm apikali ta’ grupp li laħaq dawk il-livelli limitu fl-aħħar sena finanzjarja li għaliha ġew adottati jew kellhom jiġu adottati dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali konsolidati;

▼M2

(c) 

il-kumpanija daħlet fi grupp jew hija l-kumpanija omm apikali ta’ grupp li daħal fi ftehimiet ta’ franchising jew ta’ liċenzjar fl-Unjoni bi skambju għal royalties ma’ kumpaniji terzi indipendenti, meta dawk il-ftehimiet jiżguraw identità komuni, kunċett ta’ negozju komuni u l-applikazzjoni ta’ metodi kummerċjali uniformi, u meta dawk ir-royalties ammontaw għal aktar minn EUR 75 000 000 fl-aħħar sena finanzjarja li għaliha ġew adottati jew kellhom jiġu adottati dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, u dment li l-kumpanija kellha jew hija l-kumpanija omm apikali ta’ grupp li kellu fatturat nett dinji ta’ aktar minn EUR 275 000 000 fl-aħħar sena finanzjarja li għaliha ġew adottati jew kellhom jiġu adottati dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali.

▼B

Artikolu 2 2.

Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għall-kumpaniji ffurmati f’konformità mal-leġiżlazzjoni ta’ pajjiż terz u li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

▼M2

(a) 

il-kumpanija ġġenerat fatturat nett ta’ aktar minn EUR 1 500 000 000 fl-Unjoni fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja;

▼B

(b) 

il-kumpanija ma laħqitx il-livell limitu kif imsemmi fil-punt (a) iżda hija l-kumpanija omm apikali ta’ grupp li fuq bażi konsolidata laħaq dak il-livell limitu fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja;

▼M2

(c) 

il-kumpanija daħlet fi grupp jew hija l-kumpanija omm apikali ta’ grupp li daħal fi ftehimiet ta’ franchising jew ta’ liċenzjar fl-Unjoni bi skambju għal royalties ma’ kumpaniji terzi indipendenti, meta dawk il-ftehimiet jiżguraw identità komuni, kunċett ta’ negozju komuni u l-applikazzjoni ta’ metodi kummerċjali uniformi, u meta dawk ir-royalties ammontaw għal aktar minn EUR 75 000 000 fl-Unjoni fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja; u dment li l-kumpanija tkun iġġenerat, jew tkun il-kumpanija omm apikali ta’ grupp li ġġenera fatturat nett ta’ aktar minn EUR 275 000 000 fl-Unjoni fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja.

Artikolu 2 3.
Meta l-kumpanija omm apikali jkollha bħala l-attività ewlenija tagħha ż-żamma ta’ ishma f’sussidjarji operazzjonali u ma tinvolvix ruħha fit-teħid ta’ deċiżjonijiet maniġerjali, operazzjonali jew finanzjarji li jaffettwaw il-grupp jew waħda mis-sussidjarji jew aktar tagħha, hija tista’ tiġi eżentata milli twettaq l-obbligi skont din id-Direttiva. Dik l-eżenzjoni hija soġġetta għall-kundizzjoni li waħda mis-sussidjarji tal-kumpanija prinċipali apikali stabbilita fl-Unjoni tiġi ddeżinjata biex tissodisfa l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 16 f’isem il-kumpanija omm apikali, inklużi l-obbligi tal-kumpanija omm apikali fir-rigward tal-attivitajiet tas-sussidjarji tagħha. F’tali każ, is-sussidjarja ddeżinjata tingħata l-mezzi u l-awtorità legali kollha meħtieġa biex tissodisfa dawk l-obbligi b’mod effettiv, b’mod partikolari biex tiżgura li s-sussidjarja ddeżinjata tikseb mingħand il-kumpaniji tal-grupp l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti biex tissodisfa l-obbligi tal-kumpanija omm apikali skont din id-Direttiva.

Il-kumpanija omm apikali għandha tapplika għall-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għand l-awtorità superviżorja kompetenti, f’konformità mal-Artikolu 24, biex tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu humiex issodisfati. Meta l-kundizzjonijiet ikunu ġew issodisfati l-awtorità għandha tagħti l-eżenzjoni. Meta applikabbli, tali awtorità għandha tinforma kif xieraq lill-awtorità superviżorja kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita s-sussidjarja deżinjata bl-applikazzjoni u mbagħad bid-deċiżjoni tagħha.

Il-kumpanija omm apikali għandha tibqa’ responsabbli b’mod konġunt mas-sussidjarja deżinjata għal nuqqas min-naħa ta’ din tal-aħħar li tikkonforma mal-obbligi tagħha f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 2 4.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-għadd ta’ impjegati part-time għandu jiġi kkalkolat fuq bażi ekwivalenti għal full-time. Il-ħaddiema temporanji tal-aġenzija u ħaddiema oħra f’forom ta’ impjieg mhux standard, dment li jissodisfaw il-kriterji għad-determinazzjoni tal-istatus ta’ ħaddiem kif stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-għadd ta’ impjegati bl-istess mod daqslikieku kienu ħaddiema impjegati direttament għall-istess perjodu ta’ żmien mill-kumpanija.
Artikolu 2 5.
Meta kumpanija tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2, din id-Direttiva għandha tapplika biss jekk dawk il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati f’sentejn finanzjarji konsekuttivi. Din id-Direttiva ma għandhiex tibqa’ tapplika għal kumpanija msemmija fil-paragrafu 1 jew 2 meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2 ma jibqgħux jiġu ssodisfati għal kull waħda mill-aħħar sentejn finanzjarji rilevanti.
Artikolu 2 6.
Fir-rigward tal-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kompetenti biex jirregola kwistjonijiet koperti minn din id-Direttiva għandu jkun l-Istat Membru li fih il-kumpanija jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha.
Artikolu 2 7.
Fir-rigward ta’ kumpanija kif imsemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru kompetenti biex jirregola kwistjonijiet koperti minn din id-Direttiva għandu jkun l-Istat Membru li fih dik il-kumpanija jkollha fergħa. Jekk kumpanija ma jkollha fergħa fl-ebda Stat Membru, jew ikollha fergħat li jinsabu fi Stati Membri differenti, l-Istat Membru kompetenti biex jirregola kwistjonijiet koperti minn din id-Direttiva għandu jkun dak li fih dik il-kumpanija tkun iġġenerat l-ogħla fatturat nett tagħha fl-Unjoni fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja.
Artikolu 2 8.
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-AIFs, kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) jew għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.