|
+Artikolu 3 1. |
Artikolu 3 1.Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“kumpanija” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
persuna ġuridika kkostitwita bħala waħda mill-forom ġuridiċi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2013/34/UE;
(ii)
persuna ġuridika kostitwita f’konformità mad-dritt ta’ pajjiż terz f’forma komparabbli ma’ dawk elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2013/34/UE;
(iii)
impriża finanzjarja regolata, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, li tkun:
—
—
ditta tal-investiment, kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
);
—
maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv (AIFM), kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2011/61/UE, inkluż maniġer ta’ fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (EuVECA), kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
), maniġer ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (EuSEF), kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
6
), u maniġer ta’ fondi ta’ investiment Ewropej fuq terminu twil (ELTIF), kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
7
);
—
kumpanija tal-maniġment, kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2009/65/KE;
—
impriża tal-assigurazzjoni, kif definit fl-Artikolu 13, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
);
—
impriża tar-riassigurazzjoni, kif definit fl-Artikolu 13, il-punt (4), tad-Direttiva 2009/138/KE;
—
istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2341 f’konformità mal-Artikolu 2 tagħha, dment li Stat Membru ma jkunx għażel li ma japplikax dik id-Direttiva fl-intier tagħha jew parzjalment għal dawk l-istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva;
—
kontroparti ċentrali, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
9
);
—
depożitorju ċentrali tat-titoli, kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
);
—
strument ta’ għan speċjali tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzat f’konformità mal-Artikolu 211 tad-Direttiva 2009/138/KE;
—
entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
);
—
kumpanija holding finanzjarja, kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (20), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kumpanija holding tal-assigurazzjoni, kif definit fl-Artikolu 212(1), il-punt (f), tad-Direttiva 2009/138/KE, jew kumpanija holding finanzjarja mħallta, kif definit fl-Artikolu 212(1), il-punt (h), tad-Direttiva 2009/138/KE, li tkun parti minn grupp tal-assigurazzjoni li jkun soġġett għal superviżjoni fil-livell tal-grupp skont l-Artikolu 213 ta’ dik id-Direttiva u li ma jkunx eżentat mis-superviżjoni tal-grupp skont l-Artikolu 214(2) tad-Direttiva 2009/138/KE;
—
istituzzjoni ta’ pagament, kif imsemmi fl-Artikolu 1(1), il-punt (d), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
12
);
—
istituzzjoni tal-flus elettroniċi, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
13
);
—
fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
14
);
—
fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (15), tar-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
15
), meta jwettaq servizz wieħed jew aktar tal-kriptoassi, kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), ta’ dak ir-Regolament;
(b)
“impatt ambjentali negattiv” tfisser impatt negattiv fuq l-ambjent li jirriżulta mill-ksur tal-projbizzjonijiet u tal-obbligi elenkati fil-Parti I, it-Taqsima 1, il-punti 15 u 16, u fil-Parti II tal-Anness ta’ din id-Direttiva, filwaqt li titqies il-leġiżlazzjoni nazzjonali marbuta mad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti elenkati fih;
(c)
“impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem” tfisser impatt fuq il-persuni li jirriżulta minn:
(i)
abbuż ta’ wieħed mid-drittijiet tal-bniedem elenkati fil-Parti I, it-Taqsima 1, tal-Anness ta’ din id-Direttiva, billi dawk id-drittijiet tal-bniedem huma minquxa fl-istrumenti internazzjonali elenkati fil-Parti I, it-Taqsima 2, tal-Anness ta’ din id-Direttiva;
(ii)
abbuż ta’ dritt tal-bniedem mhux elenkat fil-Parti I, it-Taqsima 1, tal-Anness ta’ din id-Direttiva, iżda minqux fl-istrumenti tad-drittijiet tal-bniedem elenkati fil-Parti I, it-Taqsima 2, tal-Anness ta’ din id-Direttiva, dment li:
—
id-dritt tal-bniedem jista’ jiġi abbużat minn kumpanija jew entità ġuridika;
—
l-abbuż tad-dritt tal-bniedem ifixkel direttament interess legali protett fl-istrumenti tad-drittijiet tal-bniedem elenkati fil-Parti I, it-Taqsima 2, tal-Anness ta’ din id-Direttiva; u
—
il-kumpanija setgħet ipprevediet b’mod raġonevoli r-riskju li tali dritt tal-bniedem jista’ jiġi affettwat, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi tal-każ speċifiku, inklużi n-natura u l-firxa tal-operazzjonijiet kummerċjali tal-kumpanija u l-katina ta’ attivitajiet tagħha, il-karatteristiċi tas-settur ekonomiku u l-kuntest ġeografiku u operazzjonali;
(d)
“impatt negattiv” tfisser impatt ambjentali negattiv jew impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem;
(e)
“sussidjarja” tfisser persuna ġuridika, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (10), tad-Direttiva 2013/34/UE, u persuna ġuridika li permezz tagħha tiġi eżerċitata l-attività ta’ impriża kontrollata, kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (f), tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 );
(f)
“sieħeb kummerċjali” tfisser entità:
(i)
li magħha l-kumpanija jkollha ftehim kummerċjali relatat mal-operazzjonijiet, mal-prodotti jew mas-servizzi tal-kumpanija jew li lilha l-kumpanija tipprovdi servizzi skont il-punt (g) (“sieħeb kummerċjali dirett”); jew
(ii)
li mhijiex sieħeb kummerċjali dirett iżda li twettaq operazzjonijiet kummerċjali relatati mal-operazzjonijiet, il-prodotti jew is-servizzi tal-kumpanija (“sieħeb kummerċjali indirett”);
(g)
“katina ta’ attivitajiet” tfisser:
(i)
l-attivitajiet tas-sħab kummerċjali upstream ta’ kumpanija relatati mal-produzzjoni ta’ oġġetti jew il-forniment ta’ servizzi minn dik il-kumpanija, inklużi d-disinn, l-estrazzjoni, it-tiftix ta’ sorsi ta’ provvista, il-manifattura, it-trasport, il-ħżin u l-provvista ta’ materja prima, prodotti jew partijiet ta’ prodotti u l-iżvilupp tal-prodott jew tas-servizz; u
(ii)
l-attivitajiet tas-sħab kummerċjali downstream ta’ kumpanija relatati mad-distribuzzjoni, mat-trasport u mal-ħżin ta’ prodott ta’ dik il-kumpanija, meta s-sħab kummerċjali jwettqu dawk l-attivitajiet għall-kumpanija jew f’isem il-kumpanija, u li jeskludu d-distribuzzjoni, it-trasport u l-ħżin ta’ prodott li jkun soġġett għall-kontrolli tal-esportazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/821 jew għall-kontrolli tal-esportazzjoni relatati ma’ armi, munizzjon jew materjali tal-gwerra, ladarba tkun awtorizzata l-esportazzjoni tal-prodott;
(h)
“verifika indipendenti minn parti terza” tfisser verifika tal-konformità minn kumpanija, jew partijiet mill-katina ta’ attivitajiet tagħha, mar-rekwiżiti tad-drittijiet tal-bniedem u ambjentali li jirriżultaw minn din id-Direttiva minn espert li jkun oġġettiv, kompletament indipendenti mill-kumpanija, ħieles minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess u minn influwenza esterna, li jkollu esperjenza u kompetenza fi kwistjonijiet ambjentali jew tad-drittijiet tal-bniedem, skont in-natura tal-impatt negattiv, u li jkun responsabbli għall-kwalità u għall-affidabbiltà tal-verifika;
(i)
“SME” tfisser intrapriża mikro, żgħira jew ta’ daqs medju, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, li ma tkunx parti minn grupp kbir, peress li dawk it-termini huma definiti skont l-Artikolu 3(1), (2), (3) u (7) tad-Direttiva 2013/34/UE;
(j)
“inizjattiva tal-industrija jew ta’ diversi partijiet ikkonċernati” tfisser kombinazzjoni ta’ proċeduri, għodod u mekkaniżmi volontarji ta’ diliġenza dovuta, żviluppati u ssorveljati minn gvernijiet, assoċjazzjonijiet tal-industrija, organizzazzjonijiet interessati, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jew raggruppamenti jew kombinazzjonijiet tagħhom, li l-kumpaniji jistgħu jipparteċipaw fihom sabiex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ diliġenza dovuta;
(k)
“rappreżentant awtorizzat” tfisser persuna fiżika jew ġuridika residenti jew stabbilita fl-Unjoni li jkollha mandat minn kumpanija fis-sens tal-punt (a)(ii) li taġixxi f’isimha fir-rigward tal-konformità mal-obbligi ta’ dik il-kumpanija skont din id-Direttiva;
(l)
“impatt negattiv sever” tfisser impatt negattiv li jkun speċjalment sinifikanti minħabba n-natura tiegħu, bħal impatt li jinvolvi ħsara għall-ħajja, għas-saħħa jew għal-libertà tal-bniedem, jew minħabba l-iskala, l-ambitu jew in-natura irrimedjabbli tiegħu, b’kont meħud tal-gravità tiegħu, inkluż l-għadd ta’ individwi li jkunu jew li jistgħu jkunu affettwati, il-livell tad-dannu li jkun sar jew li seta’ sar lill-ambjent jew ta’ kif ġie affettwat mod ieħor, l-irriversibbiltà tiegħu u l-limiti fuq il-kapaċità li l-individwi affettwati jew l-ambjent jiġu restawrati għal sitwazzjoni ekwivalenti għas-sitwazzjoni tagħhom qabel l-impatt f’perjodu ta’ żmien raġonevoli;
(m)
“fatturat nett” tfisser:
(i)
il-“fatturat nett” kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (5), tad-Direttiva 2013/34/UE; jew
(ii)
meta l-kumpanija tapplika standards internazzjonali tal-kontabilità adottati abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ) jew tkun kumpanija fis-sens tal-punt (a)(ii), id-dħul kif definit mill-qafas ta’ rapportar finanzjarju, jew fis-sens tiegħu, li abbażi tiegħu jitħejjew id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-kumpanija;
(n)
“partijiet ikkonċernati” tfisser l-impjegati tal-kumpanija, l-impjegati tas-sussidjarji tagħha u tas-sħab kummerċjali tagħha, u t-trade unions u r-rappreżentanti tal-ħaddiema tagħhom, u l-individwi jew il-komunitajiet li d-drittijiet jew l-interessi tagħhom huma jew jistgħu jiġu affettwati direttament mill-prodotti, mis-servizzi u mill-operazzjonijiet tal-kumpanija, tas-sussidjarji tagħha u tas-sħab kummerċjali tagħha u r-rappreżentanti leġittimi ta’ dawk l-individwi jew il-komunitajiet;
(o)
“miżuri xierqa” tfisser miżuri li jkunu kapaċi jilħqu l-objettivi tad-diliġenza dovuta, billi jindirizzaw b’mod effettiv l-impatti negattivi b’mod proporzjonat mal-grad ta’ severità u mal-probabbiltà tal-impatt negattiv, u raġonevolment disponibbli għall-kumpanija, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi tal-każ speċifiku, inklużi n-natura u l-firxa tal-impatt negattiv u tal-fatturi ta’ riskju rilevanti;
(p)
“relazzjoni kummerċjali” tfisser ir-relazzjoni ta’ kumpanija ma’ sieħeb kummerċjali;
(q)
“kumpanija omm” tfisser kumpanija li tikkontrolla sussidjarja waħda jew aktar;
(r)
“kumpanija omm apikali” tfisser kumpanija omm li tikkontrolla, jew direttament inkella indirettament f’konformità mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 22(1) sa (5) tad-Direttiva 2013/34/UE, sussidjarja waħda jew aktar u li ma tkunx ikkontrollata minn kumpanija oħra;
(s)
“grupp ta’ kumpaniji” jew “grupp” tfisser kumpanija omm u s-sussidjarji kollha tagħha;
(t)
“rimedju” tfisser li l-persuna jew il-persuni, il-komunitajiet jew l-ambjent affettwati jiġu restawrati għal sitwazzjoni ekwivalenti jew qrib kemm jista’ jkun għas-sitwazzjoni li kienu jkunu fiha li kieku l-impatt negattiv reali ma seħħx, b’mod proporzjonat għall-implikazzjoni tal-kumpanija fl-impatt negattiv, inkluż kumpens finanzjarju jew mhux finanzjarju pprovdut mill-kumpanija lil persuna jew persuni affettwati mill-impatt negattiv reali u, meta applikabbli, ir-rimborż tal-kostijiet imġarrba mill-awtoritajiet pubbliċi għal kwalunkwe miżura ta’ rimedju meħtieġa;
(u)
“fatturi ta’ riskju” tfisser fatti, sitwazzjonijiet jew ċirkostanzi relatati mas-severità u l-probabbiltà ta’ impatt negattiv, inklużi fatti, sitwazzjonijiet jew ċirkostanzi fil-livell tas-sieħeb kummerċjali, bħal jekk is-sieħeb kummerċjali mhuwiex kumpanija koperta b’din id-Direttiva jew b’atti legali obbligatorji komparabbli oħra dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà; fil-livell tal-ġeografija u tal-kuntest, bħal-livell tal-infurzar tal-liġi fir-rigward tat-tip ta’ impatt negattiv; u fil-livell tas-setturi, tal-operazzjonijiet tan-negozju, u tal-prodotti u s-servizzi;
(v)
“severità ta’ impatt negattiv” tfisser l-iskala, l-ambitu jew in-natura irrimedjabbli tal-impatt negattiv, b’kont meħud tal-gravità ta’ impatt negattiv, inkluż l-għadd ta’ individwi li jkunu jew li jistgħu jkunu affettwati, il-livell tad-dannu li jkun sar jew li seta’ sar lill-ambjent jew ta’ kif ġie affettwat mod ieħor, l-irriversibbiltà tiegħu u l-limiti fuq il-kapaċità li l-individwi affettwati jew l-ambjent jiġu restawrati għal sitwazzjoni ekwivalenti għas-sitwazzjoni tagħhom qabel l-impatt f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|