+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
|
Artikolu 3 Definizzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“kumpanija” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
persuna ġuridika kkostitwita bħala waħda mill-forom ġuridiċi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2013/34/UE;
(ii)
persuna ġuridika kostitwita f’konformità mad-dritt ta’ pajjiż terz f’forma komparabbli ma’ dawk elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2013/34/UE;
(iii)
impriża finanzjarja regolata, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, li tkun:
—
istituzzjoni ta’ kreditu, kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
►C1
(
3
)
◄ ;
—
ditta tal-investiment, kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
);
—
maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv (AIFM), kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2011/61/UE, inkluż maniġer ta’ fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (EuVECA), kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
), maniġer ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (EuSEF), kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
6
), u maniġer ta’ fondi ta’ investiment Ewropej fuq terminu twil (ELTIF), kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
7
);
—
kumpanija tal-maniġment, kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2009/65/KE;
—
impriża tal-assigurazzjoni, kif definit fl-Artikolu 13, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
);
—
impriża tar-riassigurazzjoni, kif definit fl-Artikolu 13, il-punt (4), tad-Direttiva 2009/138/KE;
—
istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2341 f’konformità mal-Artikolu 2 tagħha, dment li Stat Membru ma jkunx għażel li ma japplikax dik id-Direttiva fl-intier tagħha jew parzjalment għal dawk l-istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva;
—
kontroparti ċentrali, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
9
);
—
depożitorju ċentrali tat-titoli, kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
);
—
strument ta’ għan speċjali tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzat f’konformità mal-Artikolu 211 tad-Direttiva 2009/138/KE;
—
entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
);
—
kumpanija holding finanzjarja, kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (20), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kumpanija holding tal-assigurazzjoni, kif definit fl-Artikolu 212(1), il-punt (f), tad-Direttiva 2009/138/KE, jew kumpanija holding finanzjarja mħallta, kif definit fl-Artikolu 212(1), il-punt (h), tad-Direttiva 2009/138/KE, li tkun parti minn grupp tal-assigurazzjoni li jkun soġġett għal superviżjoni fil-livell tal-grupp skont l-Artikolu 213 ta’ dik id-Direttiva u li ma jkunx eżentat mis-superviżjoni tal-grupp skont l-Artikolu 214(2) tad-Direttiva 2009/138/KE;
—
istituzzjoni ta’ pagament, kif imsemmi fl-Artikolu 1(1), il-punt (d), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
12
);
—
istituzzjoni tal-flus elettroniċi, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
13
);
—
fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
14
);
—
fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (15), tar-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
15
), meta jwettaq servizz wieħed jew aktar tal-kriptoassi, kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), ta’ dak ir-Regolament;
(b)
“impatt ambjentali negattiv” tfisser impatt negattiv fuq l-ambjent li jirriżulta mill-ksur tal-projbizzjonijiet u tal-obbligi elenkati fil-Parti I, it-Taqsima 1, il-punti 15 u 16, u fil-Parti II tal-Anness ta’ din id-Direttiva, filwaqt li titqies il-leġiżlazzjoni nazzjonali marbuta mad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti elenkati fih;
(c)
“impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem” tfisser impatt fuq il-persuni li jirriżulta minn:
(i)
abbuż ta’ wieħed mid-drittijiet tal-bniedem elenkati fil-Parti I, it-Taqsima 1, tal-Anness ta’ din id-Direttiva, billi dawk id-drittijiet tal-bniedem huma minquxa fl-istrumenti internazzjonali elenkati fil-Parti I, it-Taqsima 2, tal-Anness ta’ din id-Direttiva;
(ii)
abbuż ta’ dritt tal-bniedem mhux elenkat fil-Parti I, it-Taqsima 1, tal-Anness ta’ din id-Direttiva, iżda minqux fl-istrumenti tad-drittijiet tal-bniedem elenkati fil-Parti I, it-Taqsima 2, tal-Anness ta’ din id-Direttiva, dment li:
—
id-dritt tal-bniedem jista’ jiġi abbużat minn kumpanija jew entità ġuridika;
—
l-abbuż tad-dritt tal-bniedem ifixkel direttament interess legali protett fl-istrumenti tad-drittijiet tal-bniedem elenkati fil-Parti I, it-Taqsima 2, tal-Anness ta’ din id-Direttiva; u
—
il-kumpanija setgħet ipprevediet b’mod raġonevoli r-riskju li tali dritt tal-bniedem jista’ jiġi affettwat, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi tal-każ speċifiku, inklużi n-natura u l-firxa tal-operazzjonijiet kummerċjali tal-kumpanija u l-katina ta’ attivitajiet tagħha, il-karatteristiċi tas-settur ekonomiku u l-kuntest ġeografiku u operazzjonali;
(d)
“impatt negattiv” tfisser impatt ambjentali negattiv jew impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem;
(e)
“sussidjarja” tfisser persuna ġuridika, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (10), tad-Direttiva 2013/34/UE, u persuna ġuridika li permezz tagħha tiġi eżerċitata l-attività ta’ impriża kontrollata, kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (f), tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
16
);
(f)
“sieħeb kummerċjali” tfisser entità:
(i)
li magħha l-kumpanija jkollha ftehim kummerċjali relatat mal-operazzjonijiet, mal-prodotti jew mas-servizzi tal-kumpanija jew li lilha l-kumpanija tipprovdi servizzi skont il-punt (g) (“sieħeb kummerċjali dirett”); jew
(ii)
li mhijiex sieħeb kummerċjali dirett iżda li twettaq operazzjonijiet kummerċjali relatati mal-operazzjonijiet, il-prodotti jew is-servizzi tal-kumpanija (“sieħeb kummerċjali indirett”);
(g)
“katina ta’ attivitajiet” tfisser:
(i)
l-attivitajiet tas-sħab kummerċjali upstream ta’ kumpanija relatati mal-produzzjoni ta’ oġġetti jew il-forniment ta’ servizzi minn dik il-kumpanija, inklużi d-disinn, l-estrazzjoni, it-tiftix ta’ sorsi ta’ provvista, il-manifattura, it-trasport, il-ħżin u l-provvista ta’ materja prima, prodotti jew partijiet ta’ prodotti u l-iżvilupp tal-prodott jew tas-servizz; u
(ii)
l-attivitajiet tas-sħab kummerċjali downstream ta’ kumpanija relatati mad-distribuzzjoni, mat-trasport u mal-ħżin ta’ prodott ta’ dik il-kumpanija, meta s-sħab kummerċjali jwettqu dawk l-attivitajiet għall-kumpanija jew f’isem il-kumpanija, u li jeskludu d-distribuzzjoni, it-trasport u l-ħżin ta’ prodott li jkun soġġett għall-kontrolli tal-esportazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/821 jew għall-kontrolli tal-esportazzjoni relatati ma’ armi, munizzjon jew materjali tal-gwerra, ladarba tkun awtorizzata l-esportazzjoni tal-prodott;
(h)
“verifika indipendenti minn parti terza” tfisser verifika tal-konformità minn kumpanija, jew partijiet mill-katina ta’ attivitajiet tagħha, mar-rekwiżiti tad-drittijiet tal-bniedem u ambjentali li jirriżultaw minn din id-Direttiva minn espert li jkun oġġettiv, kompletament indipendenti mill-kumpanija, ħieles minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess u minn influwenza esterna, li jkollu esperjenza u kompetenza fi kwistjonijiet ambjentali jew tad-drittijiet tal-bniedem, skont in-natura tal-impatt negattiv, u li jkun responsabbli għall-kwalità u għall-affidabbiltà tal-verifika;
(i)
“SME” tfisser intrapriża mikro, żgħira jew ta’ daqs medju, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, li ma tkunx parti minn grupp kbir, peress li dawk it-termini huma definiti skont l-Artikolu 3(1), (2), (3) u (7) tad-Direttiva 2013/34/UE;
(j)
“inizjattiva tal-industrija jew ta’ diversi partijiet ikkonċernati” tfisser kombinazzjoni ta’ proċeduri, għodod u mekkaniżmi volontarji ta’ diliġenza dovuta, żviluppati u ssorveljati minn gvernijiet, assoċjazzjonijiet tal-industrija, organizzazzjonijiet interessati, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jew raggruppamenti jew kombinazzjonijiet tagħhom, li l-kumpaniji jistgħu jipparteċipaw fihom sabiex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ diliġenza dovuta;
(k)
“rappreżentant awtorizzat” tfisser persuna fiżika jew ġuridika residenti jew stabbilita fl-Unjoni li jkollha mandat minn kumpanija fis-sens tal-punt (a)(ii) li taġixxi f’isimha fir-rigward tal-konformità mal-obbligi ta’ dik il-kumpanija skont din id-Direttiva;
(l)
“impatt negattiv sever” tfisser impatt negattiv li jkun speċjalment sinifikanti minħabba n-natura tiegħu, bħal impatt li jinvolvi ħsara għall-ħajja, għas-saħħa jew għal-libertà tal-bniedem, jew minħabba l-iskala, l-ambitu jew in-natura irrimedjabbli tiegħu, b’kont meħud tal-gravità tiegħu, inkluż l-għadd ta’ individwi li jkunu jew li jistgħu jkunu affettwati, il-livell tad-dannu li jkun sar jew li seta’ sar lill-ambjent jew ta’ kif ġie affettwat mod ieħor, l-irriversibbiltà tiegħu u l-limiti fuq il-kapaċità li l-individwi affettwati jew l-ambjent jiġu restawrati għal sitwazzjoni ekwivalenti għas-sitwazzjoni tagħhom qabel l-impatt f’perjodu ta’ żmien raġonevoli;
(m)
“fatturat nett” tfisser:
(i)
il-“fatturat nett” kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (5), tad-Direttiva 2013/34/UE; jew
(ii)
meta l-kumpanija tapplika standards internazzjonali tal-kontabilità adottati abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
17
) jew tkun kumpanija fis-sens tal-punt (a)(ii), id-dħul kif definit mill-qafas ta’ rapportar finanzjarju, jew fis-sens tiegħu, li abbażi tiegħu jitħejjew id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-kumpanija;
▼M2
(n)
“partijiet ikkonċernati” tfisser l-impjegati tal-kumpanija, l-impjegati tas-sussidjarji tagħha u tas-sħab kummerċjali tagħha, u t-trade unions u r-rappreżentanti tal-ħaddiema tagħhom, u l-individwi jew il-komunitajiet li d-drittijiet jew l-interessi tagħhom huma jew jistgħu jiġu affettwati direttament mill-prodotti, mis-servizzi u mill-operazzjonijiet tal-kumpanija, tas-sussidjarji tagħha u tas-sħab kummerċjali tagħha u r-rappreżentanti leġittimi ta’ dawk l-individwi jew il-komunitajiet;
▼B
(o)
“miżuri xierqa” tfisser miżuri li jkunu kapaċi jilħqu l-objettivi tad-diliġenza dovuta, billi jindirizzaw b’mod effettiv l-impatti negattivi b’mod proporzjonat mal-grad ta’ severità u mal-probabbiltà tal-impatt negattiv, u raġonevolment disponibbli għall-kumpanija, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi tal-każ speċifiku, inklużi n-natura u l-firxa tal-impatt negattiv u tal-fatturi ta’ riskju rilevanti;
(p)
“relazzjoni kummerċjali” tfisser ir-relazzjoni ta’ kumpanija ma’ sieħeb kummerċjali;
(q)
“kumpanija omm” tfisser kumpanija li tikkontrolla sussidjarja waħda jew aktar;
(r)
“kumpanija omm apikali” tfisser kumpanija omm li tikkontrolla, jew direttament inkella indirettament f’konformità mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 22(1) sa (5) tad-Direttiva 2013/34/UE, sussidjarja waħda jew aktar u li ma tkunx ikkontrollata minn kumpanija oħra;
(s)
“grupp ta’ kumpaniji” jew “grupp” tfisser kumpanija omm u s-sussidjarji kollha tagħha;
(t)
“rimedju” tfisser li l-persuna jew il-persuni, il-komunitajiet jew l-ambjent affettwati jiġu restawrati għal sitwazzjoni ekwivalenti jew qrib kemm jista’ jkun għas-sitwazzjoni li kienu jkunu fiha li kieku l-impatt negattiv reali ma seħħx, b’mod proporzjonat għall-implikazzjoni tal-kumpanija fl-impatt negattiv, inkluż kumpens finanzjarju jew mhux finanzjarju pprovdut mill-kumpanija lil persuna jew persuni affettwati mill-impatt negattiv reali u, meta applikabbli, ir-rimborż tal-kostijiet imġarrba mill-awtoritajiet pubbliċi għal kwalunkwe miżura ta’ rimedju meħtieġa;
▼M2
(u)
“fatturi ta’ riskju” tfisser fatti, sitwazzjonijiet jew ċirkostanzi relatati mas-severità u l-probabbiltà ta’ impatt negattiv, inklużi fatti, sitwazzjonijiet jew ċirkostanzi fil-livell tas-sieħeb kummerċjali, bħal jekk is-sieħeb kummerċjali mhuwiex kumpanija koperta b’din id-Direttiva jew b’atti legali obbligatorji komparabbli oħra dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà; fil-livell tal-ġeografija u tal-kuntest, bħal-livell tal-infurzar tal-liġi fir-rigward tat-tip ta’ impatt negattiv; u fil-livell tas-setturi, tal-operazzjonijiet tan-negozju, u tal-prodotti u s-servizzi;
▼B
(v)
“severità ta’ impatt negattiv” tfisser l-iskala, l-ambitu jew in-natura irrimedjabbli tal-impatt negattiv, b’kont meħud tal-gravità ta’ impatt negattiv, inkluż l-għadd ta’ individwi li jkunu jew li jistgħu jkunu affettwati, il-livell tad-dannu li jkun sar jew li seta’ sar lill-ambjent jew ta’ kif ġie affettwat mod ieħor, l-irriversibbiltà tiegħu u l-limiti fuq il-kapaċità li l-individwi affettwati jew l-ambjent jiġu restawrati għal sitwazzjoni ekwivalenti għas-sitwazzjoni tagħhom qabel l-impatt f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.
|
|
Artikolu 3 2.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 34 sabiex temenda l-Anness ta’ din id-Direttiva billi:
(a)
iżżid referenzi għall-artikoli ta’ strumenti internazzjonali ratifikati mill-Istati Membri kollha u li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dritt, projbizzjoni jew obbligu speċifiċi relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertajiet fundamentali u tal-ambjent elenkati fl-Anness ta’ din id-Direttiva;
(b)
timmodifika, meta xieraq, ir-referenzi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Anness ta’ din id-Direttiva, fid-dawl tal-modifika, tas-sostituzzjoni jew tal-abrogazzjoni ta’ tali strumenti;
(c)
f’konformità mal-iżviluppi fil-fora internazzjonali rilevanti li jikkonċernaw l-istrumenti elenkati fil-Parti 1, it-Taqsima 2, tal-Anness ta’ din id-Direttiva:
(i)
tissostitwixxi r-referenzi għall-istrumenti elenkati b’referenzi għal strumenti ġodda li jkopru l-istess suġġett u ratifikati mill-Istati Membri kollha; jew
(ii)
iżżid referenzi għal strumenti ġodda li jkopru l-istess suġġett bħall-istrumenti elenkati u ratifikati mill-Istati Membri kollha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|