+Artikolu 7 L-integrazzjoni tad-diliġenza dovuta fil-politiki u fis-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju tal-kumpaniji
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
|
Artikolu 7 L-integrazzjoni tad-diliġenza dovuta fil-politiki u fis-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju tal-kumpaniji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jintegraw id-diliġenza dovuta fil-politiki u fis-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju rilevanti kollha tagħhom u li jkollhom stabbilita politika ta’ diliġenza dovuta li tiżgura diliġenza dovuta bbażata fuq ir-riskji.
|
|
Artikolu 7 2.
|
Il-politika ta’ diliġenza dovuta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi żviluppata f’konsultazzjoni minn qabel mal-impjegati tal-kumpanija u mar-rappreżentanti tagħhom, u tinkludi dan kollu li ġej:
(a)
deskrizzjoni tal-approċċ tal-kumpanija, inkluż fuq terminu twil, għad-diliġenza dovuta;
(b)
kodiċi ta’ kondotta li jiddeskrivi r-regoli u l-prinċipji li jridu jiġu segwiti mill-kumpanija kollha kemm hi u mis-sussidjarji tagħha, u mis-sħab kummerċjali diretti jew indiretti tal-kumpanija f’konformità mal-Artikolu 10(2), il-punt (b), mal-Artikolu 10(4), mal-Artikolu 11(3), il-punt (c), jew mal-Artikolu 11(5); u
(c)
deskrizzjoni tal-proċessi stabbilit biex tiġi integrata d-diliġenza dovuta fil-politiki rilevanti tal-kumpanija u biex tiġi implimentata d-diliġenza dovuta, inklużi l-miżuri meħuda biex tiġi vverifikata l-konformità mal-kodiċi ta’ kondotta msemmi fil-punt (b) u biex tiġi estiża l-applikazzjoni ta’ dak il-kodiċi għas-sħab kummerċjali.
|
|
Artikolu 7 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jaġġornaw il-politiki ta’ diliġenza dovuta tagħhom mingħajr dewmien żejjed wara li sseħħ bidla sinifikanti, u jirrieżaminaw, u meta meħtieġ, jaġġornaw tali politiki mill-inqas kull 24 xahar. Għall-finijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-kumpaniji għandhom iqisu l-impatti negattivi diġà identifikati f’konformità mal-Artikolu 8, kif ukoll il-miżuri xierqa meħuda biex jindirizzaw tali impatti negattivi f’konformità mal-Artikoli 10 u 11 u l-eżitu tal-valutazzjonijiet imwettqa f’konformità mal-Artikolu 15.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|