+Artikolu 10 6.

Artikolu 10 6.

Fir-rigward tal-impatti negattivi potenzjali kif imsemmi fil-paragrafu 1 li ma setgħux jiġu evitati jew mitigati b’mod adegwat mill-miżuri stabbiliti fil-paragrafi 2, 4 u 5, il-kumpanija għandha, bħala l-aħħar soluzzjoni u sakemm l-impatt jiġi indirizzat:

(a) 

toqgħod lura milli tidħol f’relazzjonijiet ġodda, jew milli testendi relazzjonijiet eżistenti ma’ sieħeb kummerċjali li b’rabta miegħu, jew li fil-katina ta’ attivitajiet tiegħu, ikun inħoloq l-impatt;

(b) 

meta l-liġi li tirregola r-relazzjoni tagħha mas-sieħeb kummerċjali kkonċernat tkun tippermettilha, tissospendi r-relazzjoni kummerċjali fir-rigward tal-attivitajiet ikkonċernati, inkluż bil-ħsieb li tuża jew iżżid l-ingranaġġ tagħha, u

(c) 

tadotta u timplimenta pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni msaħħaħ għall-impatt negattiv speċifiku mingħajr dewmien żejjed, dment li jkun hemm aspettattiva raġonevoli li tali sforzi se jirnexxu.

Sakemm ikun hemm aspettattiva raġonevoli li l-pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni msaħħaħ se jirnexxi, is-sempliċi fatt li titkompla l-interazzjoni mas-sieħeb kummerċjali ma għandux jesponi lill-kumpanija għal penali skont l-Artikolu 27 jew għal responsabbiltà skont l-Artikolu 29.

Qabel ma tissospendi relazzjoni kummerċjali, il-kumpanija għandha tivvaluta jekk l-impatti negattivi meta tagħmel dan jistgħux ikunu raġonevolment mistennija li jkunu manifestament aktar severi mill-impatt negattiv li ma setax jiġi prevenut jew mitigat b’mod adegwat. Jekk dak ikun il-każ, il-kumpanija ma għandhiex tkun meħtieġa tissospendi r-relazzjoni kummerċjali, u għandha tkun f’pożizzjoni li tirrapporta lura lill-awtorità superviżorja kompetenti dwar ir-raġunijiet debitament ġustifikati għal tali deċiżjoni.

L-Istati Membri għandhom jipprevedu opzjoni biex tiġi sospiża r-relazzjoni kummerċjali f’kuntratti rregolati mil-liġijiet tagħhom f’konformità mal-ewwel subparagrafu, ħlief għal kuntratti fejn il-partijiet ikunu obbligati bil-liġi li jidħlu fihom.

Meta l-kumpanija tiddeċiedi li tissospendi r-relazzjoni kummerċjali, għandha tieħu passi biex tipprevjeni, timmitiga jew ittemm l-impatti tas-sospensjoni, għandha tipprovdi avviż raġonevoli lis-sieħeb kummerċjali kkonċernat u għandha żżomm dik id-deċiżjoni taħt rieżami.

Meta l-kumpanija tiddeċiedi li ma tissospendix ir-relazzjoni kummerċjali skont dan l-Artikolu, għandha timmonitorja l-impatt negattiv potenzjali u perjodikament tivvaluta d-deċiżjoni tagħha u jekk humiex disponibbli aktar miżuri xierqa.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.