+Artikolu 14 Mekkaniżmu ta’ notifika u proċedura tal-ilmenti
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.
---+Artikolu 14 7.

Artikolu 14 Mekkaniżmu ta’ notifika u proċedura tal-ilmenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jippermettu lill-persuni u l-entitajiet elenkati fil-paragrafu 2 jippreżentawlhom ilmenti meta dawk il-persuni jew l-entitajiet ikollhom tħassib leġittimu dwar l-impatti negattivi reali jew potenzjali fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-kumpaniji tagħhom stess, l-operazzjonijiet tas-sussidjarji tagħhom jew l-operazzjonijiet tas-sħab kummerċjali tagħhom fil-ktajjen ta’ attivitajiet tal-kumpaniji.
Artikolu 14 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ilmenti jistgħu jiġu ppreżentati minn:

(a) 

persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma affettwati jew li għandhom raġunijiet raġonevoli biex jemmnu li jistgħu jiġu affettwati minn impatt negattiv, u r-rappreżentanti leġittimi ta’ tali persuni f’isimhom, bħall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

(b) 

trade unions u rappreżentanti oħrajn tal-ħaddiema li jirrappreżentaw persuni fiżiċi li jaħdmu fil-katina ta’ attivitajiet kkonċernata; u

(c) 

organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma attivi u b’esperjenza f’oqsma relatati meta impatt ambjentali negattiv ikun is-suġġett tal-ilment.

Artikolu 14 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jistabbilixxu proċedura ġusta, disponibbli għall-pubbliku, aċċessibbli, prevedibbli u trasparenti għat-trattament tal-ilmenti msemmija fil-paragrafu 1, inkluża proċedura li fiha kumpanija tqis li lment ikun infondat, u jinfurmaw lir-rappreżentanti tal-ħaddiema u lit-trade unions rilevanti b’dik il-proċedura. Il-kumpaniji għandhom jieħdu miżuri raġonevolment disponibbli biex jipprevjenu kwalunkwe forma ta’ ritaljazzjoni billi jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuna jew tal-organizzazzjoni li tressaq l-ilment, f’konformità mad-dritt nazzjonali. Meta jkun jeħtieġ li l-informazzjoni tiġi kondiviża, dan għandu jsir b’mod li ma jipperikolax is-sikurezza tal-ilmentatur, inkluż billi ma tiġix divulgata l-identità ta’ dak l-ilmentatur.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-ilment ikun fondat sew, l-impatt negattiv li jkun is-suġġett tal-ilment jitqies li jkun identifikat fis-sens tal-Artikolu 8 u l-kumpanija għandha tieħu miżuri xierqa f’konformità mal-Artikoli 10, 11 u 12.

Artikolu 14 4.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ilmentaturi jkunu intitolati:

(a) 

jitolbu segwitu xieraq dwar l-ilment mill-kumpanija li jkunu ppreżentawlha lment skont il-paragrafu 1;

(b) 

jiltaqgħu mar-rappreżentanti tal-kumpanija f’livell xieraq biex jiġu diskussi l-impatti negattivi severi reali jew potenzjali jkunu s-suġġett tal-ilment, u r-rimedju potenzjali f’konformità mal-Artikolu 12;

(c) 

li jiġu pprovduti mill-kumpanija bir-raġunijiet għaliex ilment ġie kkunsidrat fondat jew infondat u, meta jiġi kkunsidrat fondat, li jiġu pprovduti b’informazzjoni dwar il-passi u l-azzjonijiet meħuda jew li għandhom jittieħdu.

Artikolu 14 5.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jistabbilixxu mekkaniżmu aċċessibbli għas-sottomissjoni ta’ notifiki minn persuni jew entitajiet meta jkollhom informazzjoni jew tħassib dwar l-impatti negattivi reali jew potenzjali fir-rigward tal-operazzjonijiet tagħhom stess, l-operazzjonijiet tas-sussidjarji tagħhom u l-operazzjonijiet tas-sħab kummerċjali tagħhom fil-ktajjen ta’ attivitajiet tal-kumpaniji.

Il-mekkaniżmu għandu jiżgura li n-notifiki jkunu jistgħu jsiru b’mod anonimu jew b’mod kunfidenzjali f’konformità mad-dritt nazzjonali. Il-kumpaniji għandhom jieħdu miżuri raġonevolment disponibbli biex jipprevjenu kwalunkwe forma ta’ ritaljazzjoni billi jiżguraw li l-identità tal-persuni jew tal-entitajiet li jressqu notifiki tibqa’ kunfidenzjali, f’konformità mad-dritt nazzjonali. Il-kumpanija tista’ tinforma lill-persuni jew lill-entitajiet li jressqu notifiki dwar il-passi u l-azzjonijiet meħuda jew li għandhom jittieħdu, meta rilevanti.

Artikolu 14 6.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jitħallew jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, u fil-paragrafu 5, permezz ta’ parteċipazzjoni fi proċeduri kollaborattivi u mekkaniżmi ta’ notifika għall-ilmenti, inkluż dawk stabbiliti b’mod konġunt mill-kumpaniji, permezz ta’ assoċjazzjonijiet tal-industrija, inizjattivi ta’ diversi partijiet ikkonċernati jew ftehimiet qafas globali, dment li tali proċeduri u mekkaniżmi kollaborattivi jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’dan l-Artikolu.
Artikolu 14 7.
Is-sottomissjoni ta’ notifika jew ilment skont dan l-Artikolu ma għandhiex tkun prerekwiżit għal, jew tipprekludi lill-persuni li jressquhom minn, aċċess għall-proċeduri skont l-Artikoli 26 u 29 jew għal mekkaniżmi oħra mhux ġudizzjarji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.