+Artikolu 16 Komunikazzjoni
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
|
Artikolu 16 Komunikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jirrapportaw dwar il-kwistjonijiet koperti minn din id-Direttiva billi jippubblikaw dikjarazzjoni annwali fuq is-sit web tagħhom. Dik id-dikjarazzjoni annwali għandha tiġi ppubblikata:
(a)
b’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni użata fl-Istat Membru tal-awtorità superviżorja deżinjata skont l-Artikolu 24 u, meta differenti, b’lingwa abitwali fl-isfera tan-negozju internazzjonali;
(b)
f’perjodu raġonevoli ta’ żmien, iżda mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data tal-karta bilanċjali tas-sena finanzjarja li għaliha tkun tfasslet id-dikjarazzjoni, jew, għall-kumpaniji li jirrapportaw volontarjament f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE, sad-data tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali.
Fil-każ ta’ kumpanija ffurmata f’konformità mad-dritt ta’ pajjiż terz, id-dikjarazzjoni għandha tinkludi wkoll l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 23(2) rigward ir-rappreżentant awtorizzat tal-kumpanija.
|
|
Artikolu 16 2.
|
Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika għal kumpaniji li huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-Artikoli 19a, 29a jew 40a tad-Direttiva 2013/34/UE, inkluż dawk li huma eżentati f’konformità mal-Artikolu 19a(9) jew l-Artikolu 29a(8) ta’ dik id-Direttiva.
|
|
Artikolu 16 3.
|
Sal-31 ta’ Marzu 2029, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 34 sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-kontenut u l-kriterji għar-rapportar skont il-paragrafu 1, li jispeċifikaw, b’mod partikolari, informazzjoni dettaljata biżżejjed dwar id-deskrizzjoni tad-diliġenza dovuta, l-impatti negattivi reali u potenzjali identifikati, u l-miżuri xierqa meħuda fir-rigward ta’ dawk l-impatti. Fit-tħejjija għal dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tieħu kont debitu tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottati skont l-Artikoli 29b u 40b tad-Direttiva 2013/34/UE, u tallinjahom kif xieraq magħhom. Meta tadotta l-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ma jkun hemm l-ebda duplikazzjoni fir-rekwiżiti ta’ rapportar għall-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punt (a)(iii), li huma soġġetti għar-rekwiżiti ta’ rapportar skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/2088, filwaqt li żżomm bis-sħiħ l-obbligi minimi stipulati f’din id-Direttiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|