|
+Artikolu 16 1. |
Artikolu 16 1.Mingħajr preġudizzju għall-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jirrapportaw dwar il-kwistjonijiet koperti minn din id-Direttiva billi jippubblikaw dikjarazzjoni annwali fuq is-sit web tagħhom. Dik id-dikjarazzjoni annwali għandha tiġi ppubblikata:
(a)
b’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni użata fl-Istat Membru tal-awtorità superviżorja deżinjata skont l-Artikolu 24 u, meta differenti, b’lingwa abitwali fl-isfera tan-negozju internazzjonali;
(b)
f’perjodu raġonevoli ta’ żmien, iżda mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data tal-karta bilanċjali tas-sena finanzjarja li għaliha tkun tfasslet id-dikjarazzjoni, jew, għall-kumpaniji li jirrapportaw volontarjament f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE, sad-data tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali. Fil-każ ta’ kumpanija ffurmata f’konformità mad-dritt ta’ pajjiż terz, id-dikjarazzjoni għandha tinkludi wkoll l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 23(2) rigward ir-rappreżentant awtorizzat tal-kumpanija. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|