|
+Artikolu 19 2. |
Artikolu 19 2.Il-linji gwida li jinħarġu skont il-paragrafu 1 għandhom jinkludu:
(a)
gwida u l-aħjar prattiki dwar kif titwettaq id-diliġenza dovuta f’konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 16, b’mod partikolari, il-proċess ta’ identifikazzjoni skont l-Artikolu 8, il-prijoritizzazzjoni tal-impatti skont l-Artikolu 9, miżuri xierqa biex jiġu adattati l-prattiki tax-xiri skont l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(3), id-diżimpenn responsabbli skont l-Artikolu 10(6) u l-Artikolu 11(7), miżuri xierqa għar-rimedju skont l-Artikolu 12, u dwar kif jiġu identifikati l-partijiet ikkonċernati u ssir komunikazzjoni magħhom skont l-Artikolu 13, inkluż permezz tal-mekkaniżmu ta’ notifika u l-proċedura tal-ilmenti stabbiliti fl-Artikolu 14; ▼M2 —————
(c)
gwida speċifika għas-settur;
(d)
gwida dwar il-valutazzjoni fil-livell tal-kumpanija, l-operazzjonijiet kummerċjali, ġeografiċi u kuntestwali, il-prodotti u s-servizzi, u l-fatturi ta’ riskju settorjali, inkluż dawk assoċjati ma’ żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta’ riskju għoli;
(e)
referenzi għal data u sorsi ta’ informazzjoni disponibbli għall-konformità mal-obbligi previsti f’din id-Direttiva, u għal għodod u teknoloġiji diġitali li jistgħu jiffaċilitaw u jappoġġaw il-konformità;
(f)
informazzjoni dwar kif għandhom jiġu kondiviżi r-riżorsi u l-informazzjoni fost il-kumpaniji u entitajiet ġuridiċi oħra għall-fini ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, b’mod li jkun konformi mal-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali skont l-Artikolu 5(3) u l-protezzjoni minn ritaljazzjoni u retribuzzjoni potenzjali kif previst fl-Artikolu 13(5);
(g)
informazzjoni għall-partijiet ikkonċernati u r-rappreżentanti tagħhom dwar kif jikkomunikaw matul il-proċess ta’ diliġenza dovuta. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|