+Artikolu 19 Linji gwida
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.

Artikolu 19 Linji gwida

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1.
Sabiex tipprovdi appoġġ lill-kumpaniji jew lill-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar kif jenħtieġ li l-kumpaniji jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta’ diliġenza dovuta b’mod prattiku, u biex tipprovdi appoġġ lill-partijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, u meta jkun xieraq ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi oħra li jkollhom għarfien espert fid-diliġenza dovuta, għandha toħroġ linji gwida, inklużi linji gwida ġenerali u linji gwida għal setturi speċifiċi jew linji gwida għal impatti negattivi speċifiċi.
Artikolu 19 2.

Il-linji gwida li jinħarġu skont il-paragrafu 1 għandhom jinkludu:

(a) 

gwida u l-aħjar prattiki dwar kif titwettaq id-diliġenza dovuta f’konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 16, b’mod partikolari, il-proċess ta’ identifikazzjoni skont l-Artikolu 8, il-prijoritizzazzjoni tal-impatti skont l-Artikolu 9, miżuri xierqa biex jiġu adattati l-prattiki tax-xiri skont l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(3), id-diżimpenn responsabbli skont l-Artikolu 10(6) u l-Artikolu 11(7), miżuri xierqa għar-rimedju skont l-Artikolu 12, u dwar kif jiġu identifikati l-partijiet ikkonċernati u ssir komunikazzjoni magħhom skont l-Artikolu 13, inkluż permezz tal-mekkaniżmu ta’ notifika u l-proċedura tal-ilmenti stabbiliti fl-Artikolu 14;

▼M2 —————

▼B

(c) 

gwida speċifika għas-settur;

(d) 

gwida dwar il-valutazzjoni fil-livell tal-kumpanija, l-operazzjonijiet kummerċjali, ġeografiċi u kuntestwali, il-prodotti u s-servizzi, u l-fatturi ta’ riskju settorjali, inkluż dawk assoċjati ma’ żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta’ riskju għoli;

(e) 

referenzi għal data u sorsi ta’ informazzjoni disponibbli għall-konformità mal-obbligi previsti f’din id-Direttiva, u għal għodod u teknoloġiji diġitali li jistgħu jiffaċilitaw u jappoġġaw il-konformità;

(f) 

informazzjoni dwar kif għandhom jiġu kondiviżi r-riżorsi u l-informazzjoni fost il-kumpaniji u entitajiet ġuridiċi oħra għall-fini ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, b’mod li jkun konformi mal-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali skont l-Artikolu 5(3) u l-protezzjoni minn ritaljazzjoni u retribuzzjoni potenzjali kif previst fl-Artikolu 13(5);

(g) 

informazzjoni għall-partijiet ikkonċernati u r-rappreżentanti tagħhom dwar kif jikkomunikaw matul il-proċess ta’ diliġenza dovuta.

Artikolu 19 3.
Il-linji gwida msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a), (d) u (e), għandhom jiġu adottati sas-26 ta’ Lulju 2027. Il-linji gwida msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (f) u (g), għandhom jiġu adottati sas-26 ta’ Lulju 2028.
Artikolu 19 4.
Il-linji gwida msemmija f’dan l-Artikolu għandhom isiru disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina perjodikament il-linji gwida u tadattahom meta xieraq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.