+Artikolu 23 Rappreżentant awtorizzat
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.

Artikolu 23 Rappreżentant awtorizzat

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kumpanija msemmija fl-Artikolu 2(2) li topera fi Stat Membru tiddeżinja bħala r-rappreżentant awtorizzat tagħha persuna fiżika jew ġuridika li tkun stabbilita jew domiċiljata f’wieħed mill-Istati Membri fejn topera. Id-deżinjazzjoni għandha tkun valida meta tiġi kkonfermata bħala aċċettata mir-rappreżentant awtorizzat.
Artikolu 23 2.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li r-rappreżentant awtorizzat jew il-kumpanija jinnotifikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz tal-email u n-numru tat-telefown tar-rappreżentant awtorizzat lil awtorità superviżorja fl-Istat Membru fejn ir-rappreżentant awtorizzat ikun domiċiljat jew stabbilit u, meta jkun differenti, l-awtorità superviżorja kompetenti, kif speċifikat fl-Artikolu 24(3). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappreżentant awtorizzat ikun obbligat jipprovdi, fuq talba, kopja tad-deżinjazzjoni b’lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru lil kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet superviżorji.
Artikolu 23 3.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li r-rappreżentant awtorizzat jew il-kumpanija jinformaw lil awtorità superviżorja fl-Istat Membru fejn ir-rappreżentant awtorizzat ikun domiċiljat jew stabbilit u, meta jkun differenti, lill-awtorità superviżorja kompetenti kif speċifikat fl-Artikolu 24(3), li l-kumpanija hija kumpanija kif imsemmi fl-Artikolu 2(2).
Artikolu 23 4.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kull kumpanija tagħti s-setgħa lir-rappreżentant awtorizzat tagħha li jirċievi komunikazzjonijiet mingħand l-awtoritajiet superviżorji dwar il-kwistjonijiet kollha meħtieġa għall-konformità mad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u l-infurzar tagħhom. Il-kumpaniji għandhom ikunu meħtieġa jipprovdu s-setgħat u r-riżorsi meħtieġa lir-rappreżentant awtorizzat tagħhom biex jikkoopera mal-awtoritajiet superviżorji.
Artikolu 23 5.
Meta kumpanija msemmija fl-Artikolu 2(2) tonqos milli tikkonforma mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu, l-Istati Membri kollha li fihom topera dik il-kumpanija għandhom ikunu kompetenti biex jinfurzaw it-twettiq ta’ tali obbligi f’konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom. Stat Membru li jkun beħsiebu jinforza l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu għandu jinnotifika lill-awtoritajiet superviżorji permezz tan-Network Ewropew ta’ Awtoritajiet Superviżorji stabbilit fl-ambitu tal-Artikolu 28 sabiex ma jiġux infurzati minn Stati Membri oħra.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.