+Artikolu 28 Network Ewropew ta’ Awtoritajiet Superviżorji
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.
---+Artikolu 28 6.
---+Artikolu 28 7.
---+Artikolu 28 8.
---+Artikolu 28 9.
---+Artikolu 28 10.

Artikolu 28 Network Ewropew ta’ Awtoritajiet Superviżorji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 1.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Network Ewropew ta’ Awtoritajiet Superviżorji, magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet superviżorji. In-Network Ewropew ta’ Awtoritajiet Superviżorji għandu jiffaċilita l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet superviżorji u l-koordinazzjoni u l-allinjament ta’ prattiki regolatorji, investigattivi, ta’ sanzjonar u superviżorji tal-awtoritajiet superviżorji u, kif xieraq, il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni bejniethom.

Il-Kummissjoni tista’ tistieden lill-aġenziji tal-Unjoni b’għarfien espert rilevanti fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva biex jissieħbu fin-Network Ewropew ta’ Awtoritajiet Superviżorji.

Artikolu 28 2.
L-Istati Membri għandhom jikkooperaw man-Network Ewropew ta’ Awtoritajiet Superviżorji sabiex jidentifikaw il-kumpaniji fil-ġuriżdizzjoni tagħhom, b’mod partikolari billi jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jiġi vvalutat jekk kumpanija ta’ pajjiż terz tissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema sigura għall-iskambju ta’ informazzjoni rigward il-fatturat nett iġġenerat fl-Unjoni minn kumpanija msemmija fl-Artikolu 2(2), li ma jkollha fergħa fl-ebda Stat Membru jew li jkollha fergħat li jinsabu fi Stati Membri differenti, li permezz tagħha l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw b’mod regolari l-informazzjoni li jkollhom rigward il-fatturat nett iġġenerat minn tali kumpaniji. Il-Kummissjoni għandha tanalizza dik l-informazzjoni f’perjodu ta’ żmien raġonevoli u tinnotifika lill-Istat Membru meta l-kumpanija tkun iġġenerat il-biċċa l-kbira tal-fatturat nett tagħha fl-Unjoni fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja, li l-kumpanija hija kumpanija msemmija fl-Artikolu 2(2) u li l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru hija kompetenti f’konformità mal-Artikolu 24(3).
Artikolu 28 3.
L-awtoritajiet superviżorji għandhom jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni u l-assistenza reċiproka rilevanti fit-twettiq ta’ dmirijiethom u għandhom jistabbilixxu miżuri għall-kooperazzjoni effettiva ma’ xulxin. L-assistenza reċiproka għandha tinkludi kollaborazzjoni bil-għan li jiġu eżerċitati s-setgħat imsemmija fl-Artikolu 25, inkluż fir-rigward ta’ spezzjonijiet u talbiet għal informazzjoni.
Artikolu 28 4.
L-awtoritajiet superviżorji għandhom jieħdu l-passi xierqa kollha meħtieġa sabiex iwieġbu għal talba għall-assistenza minn awtorità superviżorja oħra mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn xahar wara li jirċievu t-talba. Meta jkun meħtieġ minħabba ċ-ċirkostanzi tal-każ, il-perjodu jista’ jiġi estiż b’massimu ta’ xahrejn abbażi ta’ ġustifikazzjoni xierqa. Tali passi jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, it-trażmissjoni ta’ informazzjoni rilevanti dwar it-twettiq ta’ investigazzjoni.
Artikolu 28 5.
It-talbiet għall-assistenza għandu jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluż l-iskop tat-talba u r-raġunijiet għaliha. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jużaw biss l-informazzjoni li jirċievu permezz ta’ talba għall-assistenza għall-fini li tkun intalbet għalih.
Artikolu 28 6.
L-awtorità superviżorja rikjesta għandha tinforma lill-awtorità superviżorja rikjedenti bir-riżultati jew, skont il-każ, bil-progress rigward il-miżuri li jridu jittieħdu biex twieġeb it-talba għall-assistenza.
Artikolu 28 7.
L-awtoritajiet superviżorji ma għandhomx jitolbu tariffi lil xulxin għal azzjonijiet u miżuri meħuda b’segwitu ta’ talba għall-assistenza.

Madankollu, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jaqblu dwar regoli sabiex jikkumpensaw lil xulxin għal nefqa speċifika li tirriżulta mill-għoti ta’ assistenza f’każijiet eċċezzjonali.

Artikolu 28 8.
L-awtorità superviżorja li hija kompetenti skont l-Artikolu 24(3) għandha tinforma lin-Network Ewropew ta’ Awtoritajiet Superviżorji b’dak il-fatt u bi kwalunkwe talba biex tinbidel l-awtorità superviżorja kompetenti.
Artikolu 28 9.
Meta jkun hemm dubji dwar l-attribuzzjoni tal-kompetenza, l-informazzjoni li dik l-attribuzzjoni tkun ibbażata fuqha tiġi kondiviża man-Network Ewropew ta’ Awtoritajiet Superviżorji, li jista’ jikkoordina l-isforzi biex tinstab soluzzjoni.
Artikolu 28 10.

In-Network Ewropew ta’ Awtoritajiet Superviżorji għandu jippubblika:

(a) 

id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet superviżorji li jkun fihom penali, kif imsemmi fl-Artikolu 27(5); u

(b) 

lista indikattiva ta’ kumpaniji ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.