+Artikolu 29 Responsabbiltà ċivili tal-kumpaniji u d-dritt għal kumpens sħiħ
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
---+Artikolu 29 6.

Artikolu 29 Responsabbiltà ċivili tal-kumpaniji u d-dritt għal kumpens sħiħ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 2.
Meta kumpanija tinżamm responsabbli skont id-dritt nazzjonali għal dannu kkawżat lil persuna fiżika jew ġuridika minħabba nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta skont din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-persuni jkollhom dritt għal kumpens sħiħ. Kumpens sħiħ ma għandux iwassal għal kumpens żejjed, sew jekk permezz ta’ danni punittivi, multipli jew ta’ tip ieħor.
Artikolu 29 3.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) 

ir-regoli nazzjonali dwar il-bidu, id-durata, is-sospensjoni jew l-interruzzjoni tal-perjodi ta’ preskrizzjoni ma jfixklux bla bżonn it-tressiq ta’ azzjonijiet għal danni u, fi kwalunkwe każ, ma jkunux iktar restrittivi mir-regoli dwar ir-reġimi nazzjonali ġenerali tar-responsabbiltà ċivili;

il-perjodu ta’ preskrizzjoni għat-tressiq ta’ azzjonijiet għal danni skont din id-Direttiva għandu jkun ta’ mill-inqas ħames snin u, fi kwalunkwe każ, mhux inqas mill-perjodu ta’ preskrizzjoni stabbilit skont ir-reġimi nazzjonali ġenerali tar-responsabbiltà ċivili;

il-perjodi ta’ preskrizzjoni ma għandhomx jibdew jiddekorru qabel ma jkun waqaf il-ksur u r-rikorrent ikun jaf, jew jista’ jkun raġonevolment mistenni li jkun jaf:

(i) 

bl-imġiba u bil-fatt li din tikkostitwixxi ksur;

(ii) 

bil-fatt li l-ksur ikkawża dannu lilhom; u

(iii) 

bl-identità tal-kontraventur;

(b) 

il-kost tal-proċedimenti ma jkunx għali b’mod projbittiv għar-rikorrenti biex ifittxu ġustizzja;

(c) 

li r-rikorrenti jistgħu jfittxu miżuri ta’ inġunzjoni, inkluż permezz ta’ proċeduri sommarji; tali miżuri ta’ inġunzjoni għandhom ikunu fil-forma ta’ miżura definittiva jew proviżorja biex jitwaqqaf il-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati skont din id-Direttiva billi jwettqu azzjoni jew iwaqqfu mġiba;

▼M2 —————

▼B

(e) 

meta titressaq talba, u rikorrent jippreżenta ġustifikazzjoni motivata li jkun fiha fatti u biżżejjed evidenza raġonevolment disponibbli biex tiġi appoġġata l-plawżibbiltà tat-talba tiegħu għad-danni u jindika li l-kumpanija għandha evidenza addizzjonali fil-kontroll tagħha, il-qrati jkunu jistgħu jordnaw li tali evidenza tiġi divulgata mill-kumpanija f’konformità mal-liġi proċedurali nazzjonali;

il-qrati nazzjonali għandhom jillimitaw id-divulgazzjoni tal-evidenza mitluba għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat biex tiġi appoġġata talba potenzjali jew talba għad-danni u l-preservazzjoni tal-evidenza għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat biex tiġi appoġġata tali talba għad-danni; meta jiddeterminaw jekk ordni għad-divulgazzjoni jew għall-preservazzjoni ta’ evidenza tkunx proporzjonata, il-qrati nazzjonali għandhom jikkunsidraw il-punt sa fejn it-talba jew id-difiża tkun appoġġata mill-fatti u l-evidenza disponibbli li jiġġustifikaw it-talba għad-divulgazzjoni tal-evidenza; l-ambitu u l-kost tad-divulgazzjoni kif ukoll l-interessi leġittimi tal-partijiet kollha, inkluża kwalunkwe parti terza kkonċernata, inkluż biex jiġi evitat tiftix mhux speċifiku għal informazzjoni li x’aktarx ma tkunx ta’ rilevanza għall-partijiet fil-proċedura; jekk l-evidenza li qed tintalab id-divulgazzjoni tagħha fihiex informazzjoni kunfidenzjali, speċjalment li tikkonċerna xi parti terza, u x’arranġamenti hemm fis-seħħ għall-protezzjoni ta’ tali informazzjoni kunfidenzjali;

l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jkollhom is-setgħa li jordnaw id-divulgazzjoni ta’ evidenza li jkun fiha informazzjoni kunfidenzjali meta jikkunsidrawha rilevanti għall-azzjoni għad-danni; l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jordnaw id-divulgazzjoni ta’ tali informazzjoni, il-qrati nazzjonali jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom miżuri effettivi għall-protezzjoni ta’ tali informazzjoni.

Artikolu 29 4.
Il-kumpaniji li pparteċipaw f’inizjattivi tal-industrija jew ta’ diversi partijiet ikkonċernati, jew li użaw verifika minn parti terza indipendenti jew klawżoli kuntrattwali biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ diliġenza dovuta tagħhom xorta jistgħu madankollu jinżammu responsabbli f’konformità mad-dritt nazzjonali.
Artikolu 29 5.
►M2  Ir-responsabbiltà ċivili ta’ kumpanija għad-danni kif imsemmi f’dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ċivili tas-sussidjarji tagħha jew ta’ kwalunkwe sieħeb kummerċjali dirett u indirett fil-katina ta’ attivitajiet tal-kumpanija. ◄

Meta d-dannu jkun ġie kkawżat b’mod konġunt mill-kumpanija u s-sussidjarja, jew is-sieħeb kummerċjali dirett jew indirett tagħha, huma għandhom ikunu responsabbli in solidum, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar il-kondizzjonijiet tar-responsabbiltà in solidum u d-drittijiet ta’ rikors.

Artikolu 29 6.
Ir-regoli dwar ir-responsabbiltà ċivili skont din id-Direttiva ma għandhomx jillimitaw ir-responsabbiltà tal-kumpaniji skont is-sistema legali tal-Unjoni jew dik nazzjonali u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali dwar ir-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem jew tal-impatti ambjentali negattivi li jipprevedu responsabbiltà f’sitwazzjonijiet mhux koperti minn din id-Direttiva jew li jipprevedu responsabbiltà aktar stretta minnha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.