|
+Artikolu 29 3. |
Artikolu 29 3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a)
ir-regoli nazzjonali dwar il-bidu, id-durata, is-sospensjoni jew l-interruzzjoni tal-perjodi ta’ preskrizzjoni ma jfixklux bla bżonn it-tressiq ta’ azzjonijiet għal danni u, fi kwalunkwe każ, ma jkunux iktar restrittivi mir-regoli dwar ir-reġimi nazzjonali ġenerali tar-responsabbiltà ċivili; il-perjodu ta’ preskrizzjoni għat-tressiq ta’ azzjonijiet għal danni skont din id-Direttiva għandu jkun ta’ mill-inqas ħames snin u, fi kwalunkwe każ, mhux inqas mill-perjodu ta’ preskrizzjoni stabbilit skont ir-reġimi nazzjonali ġenerali tar-responsabbiltà ċivili; il-perjodi ta’ preskrizzjoni ma għandhomx jibdew jiddekorru qabel ma jkun waqaf il-ksur u r-rikorrent ikun jaf, jew jista’ jkun raġonevolment mistenni li jkun jaf:
(i)
bl-imġiba u bil-fatt li din tikkostitwixxi ksur;
(ii)
bil-fatt li l-ksur ikkawża dannu lilhom; u
(iii)
bl-identità tal-kontraventur;
(b)
il-kost tal-proċedimenti ma jkunx għali b’mod projbittiv għar-rikorrenti biex ifittxu ġustizzja;
(c)
li r-rikorrenti jistgħu jfittxu miżuri ta’ inġunzjoni, inkluż permezz ta’ proċeduri sommarji; tali miżuri ta’ inġunzjoni għandhom ikunu fil-forma ta’ miżura definittiva jew proviżorja biex jitwaqqaf il-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati skont din id-Direttiva billi jwettqu azzjoni jew iwaqqfu mġiba; ▼M2 —————
(e)
meta titressaq talba, u rikorrent jippreżenta ġustifikazzjoni motivata li jkun fiha fatti u biżżejjed evidenza raġonevolment disponibbli biex tiġi appoġġata l-plawżibbiltà tat-talba tiegħu għad-danni u jindika li l-kumpanija għandha evidenza addizzjonali fil-kontroll tagħha, il-qrati jkunu jistgħu jordnaw li tali evidenza tiġi divulgata mill-kumpanija f’konformità mal-liġi proċedurali nazzjonali; il-qrati nazzjonali għandhom jillimitaw id-divulgazzjoni tal-evidenza mitluba għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat biex tiġi appoġġata talba potenzjali jew talba għad-danni u l-preservazzjoni tal-evidenza għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat biex tiġi appoġġata tali talba għad-danni; meta jiddeterminaw jekk ordni għad-divulgazzjoni jew għall-preservazzjoni ta’ evidenza tkunx proporzjonata, il-qrati nazzjonali għandhom jikkunsidraw il-punt sa fejn it-talba jew id-difiża tkun appoġġata mill-fatti u l-evidenza disponibbli li jiġġustifikaw it-talba għad-divulgazzjoni tal-evidenza; l-ambitu u l-kost tad-divulgazzjoni kif ukoll l-interessi leġittimi tal-partijiet kollha, inkluża kwalunkwe parti terza kkonċernata, inkluż biex jiġi evitat tiftix mhux speċifiku għal informazzjoni li x’aktarx ma tkunx ta’ rilevanza għall-partijiet fil-proċedura; jekk l-evidenza li qed tintalab id-divulgazzjoni tagħha fihiex informazzjoni kunfidenzjali, speċjalment li tikkonċerna xi parti terza, u x’arranġamenti hemm fis-seħħ għall-protezzjoni ta’ tali informazzjoni kunfidenzjali; l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jkollhom is-setgħa li jordnaw id-divulgazzjoni ta’ evidenza li jkun fiha informazzjoni kunfidenzjali meta jikkunsidrawha rilevanti għall-azzjoni għad-danni; l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jordnaw id-divulgazzjoni ta’ tali informazzjoni, il-qrati nazzjonali jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom miżuri effettivi għall-protezzjoni ta’ tali informazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|