|
+Artikolu 5 4. |
Artikolu 5 4.L-Awtorità għandha twettaq il-kompiti li ġejjin fir-rigward tas-superviżuri mhux finanzjarji:
(a)
iżżomm lista aġġornata tas-superviżuri mhux finanzjarji fl-Unjoni;
(b)
tikkoordina l-evalwazzjonijiet bejn il-pari tal-istandards u l-prattiki superviżorji fil-qasam tal-AML/CFT;
(c)
fil-qasam tal-AML/CFT, tinvestiga ksur potenzjali jew nuqqas ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni minn superviżuri mhux finanzjarji u awtoritajiet pubbliċi li jissorveljaw il-korpi ta’ awtoregolamentazzjoni, toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar kif jiġi rimedjat il-ksur identifikat u, meta s-superviżuri jew l-awtoritajiet pubbliċi ma jikkonformawx mar-rakkomandazzjonijiet, toħroġ twissijiet li jidentifikaw il-miżuri li jridu jiġu implimentati biex jimmitigaw l-effetti tal-ksur;
(d)
twettaq rieżamijiet perjodiċi biex tiżgura li s-superviżuri mhux finanzjarji kollha jkollhom riżorsi u setgħat adegwati neċessarji għat-twettiq tal-kompiti tagħhom fil-qasam tal-AML/CFT;
(e)
tikkontribwixxi għall-konverġenza ta’ prattiki superviżorji u l-promozzjoni ta’ standards superviżorji għoljin fil-qasam tal-AML/CFT;
(f)
tiffaċilita l-funzjonament tal-kulleġġi superviżorji tal-AML/CFT fis-settur mhux finanzjarju;
(g)
tipprovdi assistenza lis-superviżuri mhux finanzjarji, wara t-talbiet speċifiċi tagħhom, bħal talbiet biex timmedja bejn superviżuri mhux finanzjarji f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil dwar il-miżuri li jridu jittieħdu fir-rigward ta’ entità marbuta b’obbligu, inkluż fil-kuntest tal-kulleġġi superviżorji tal-AML/CFT. Meta s-superviżjoni ta’ setturi speċifiċi tiġi ddelegata fil-livell nazzjonali lil korpi awtoregolatorji, l-Awtorità għandha teżerċita l-kompiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu fir-rigward tal-awtoritajiet superviżorji li jissorveljaw l-attivitajiet ta’ dawk il-korpi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|