+Artikolu 5
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
|
Artikolu 5
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
L-Awtorità għandha twettaq il-kompiti li ġejjin fir-rigward tal-ML/TF li qed jiffaċċja s-suq intern:
(a)
timmonitorja l-iżviluppi fis-suq intern u tivvaluta t-theddid, il-vulnerabbiltajiet u r-riskji fir-rigward tal-ML/TF;
(b)
timmonitorja l-iżviluppi f’pajjiżi terzi u tivvaluta t-theddid, il-vulnerabbiltajiet u r-riskji fir-rigward tas-sistemi tal-AML/CFT tagħhom li għandhom impatt attwali jew potenzjali fuq is-suq intern;
(c)
tiġbor u tanalizza informazzjoni, mill-attivitajiet superviżorji tagħha stess u minn dawk tas-superviżuri u tal-awtoritajiet superviżorji, dwar id-dgħufijiet identifikati fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-AML/CFT mill-entitajiet marbuta b’obbligu, l-iskopertura għar-riskju tal-entitajiet marbuta b’obbligu, is-sanzjonijiet imposti u l-azzjonijiet ta’ rimedju meħuda;
(d)
tistabbilixxi bażi tad-data ċentrali tal-AML/CFT tal-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet superviżorji jew li tirriżulta mill-attivitajiet tal-Awtorità, u żżommha aġġornata;
(e)
tanalizza l-informazzjoni miġbura fil-bażi tad-data ċentrali u taqsam dawk l-analiżijiet mas-superviżuri, mal-awtoritajiet superviżorji u mal-awtoritajiet mhux tal-AML/CFT fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ tagħrif u bażi kunfidenzjali;
(f)
tappoġġa l-analiżi tar-riskji tal-ML/TF u tan-nuqqas ta’ implimentazzjoni u l-evażjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati li jaffettwaw is-suq intern, imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2024/1640;
(g)
tappoġġa, tiffaċilita u ssaħħaħ il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-entitajiet marbuta b’obbligu u s-superviżuri, l-awtoritajiet superviżorji u l-awtoritajiet mhux tal-AML/CFT sabiex jiżviluppaw fehim komuni tar-riskji tal-ML/TF u t-theddid li qed jiffaċċja s-suq intern, inkluż billi jipparteċipaw fi sħubijiet għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni fil-qasam tal-AML/CFT;
(h)
toħroġ pubblikazzjonijiet u tipprovdi taħriġ, kif ukoll servizzi oħra fuq talba, sabiex tqajjem kuxjenza dwar ir-riskji tal-ML/TF u tindirizzahom;
(i)
tirrapporta lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe każ fejn l-Awtorità, fit-twettiq tal-kompiti tagħha, tiskopri li Stat Membru jkun ittraspona d-Direttiva (UE) 2024/1640 b’mod skorrett jew mhux komplut;
(j)
twettaq kwalunkwe kompitu speċifiku ieħor stipulat f’dan ir-Regolament jew fl-atti leġiżlattivi l-oħra msemmija fl-Artikolu 1(2);
▼M1
(k)
tgħin lill-Kummissjoni biex tirrieżamina l-applikazzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni rilevanti adottati mill-Kummissjoni, tirrieżamina l-applikazzjoni tal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Awtorità u tipproponi emendi fejn xieraq; inkluż emendi biex:
(i)
jitneħħew rekwiżiti ta’ rappurtar żejda jew obsoleti, u jiġu mminimizzati l-kostijiet filwaqt li jiġu ppreservati l-użabbiltà u l-kwalità tad-data;
(ii)
jiġu żgurati rekwiżiti ta’ rappurtar proporzjonati u konsistenti; u
(iii)
jiġu indirizzati lakuni regolatorji relatati mar-rekwiżiti ta’ rappurtar.
▼B
|
|
Artikolu 5 2.
|
L-Awtorità għandha twettaq il-kompiti li ġejjin fir-rigward tal-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula:
(a)
tiżgura l-konformità tal-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula mar-rekwiżiti applikabbli għalihom skont ir-Regolament (UE) 2024/1624 u r-Regolament (UE) 2023/1113, inklużi l-obbligi relatati mal-implimentazzjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati;
(b)
twettaq rieżamijiet u valutazzjonijiet superviżorji fil-livell tal-entitajiet individwali u fil-livell tal-grupp kollu sabiex tiddetermina jekk il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni stabbiliti mill-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula jkunux adegwati biex jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli għalihom, u abbażi ta’ dawk ir-rieżamijiet u valutazzjonijiet superviżorji timponi rekwiżiti speċifiċi, tapplika miżuri amministrattivi, u timponi sanzjonijiet pekunarji u pagamenti perjodiċi ta’ penali skont l-Artikoli 21, 22 u 23;
(c)
tipparteċipa fis-superviżjoni tal-grupp kollu, b’mod partikolari fil-kulleġġi superviżorji tal-AML/CFT, inkluż meta entità marbuta b’obbligu magħżula tkun parti minn grupp li jkollu kwartieri ġenerali, sussidjarji jew fergħat barra mill-Unjoni;
(d)
tiżviluppa u żżomm aġġornata sistema biex tivvaluta r-riskji u l-vulnerabbiltajiet tal-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula, sabiex tinforma l-attivitajiet superviżorji tal-Awtorità u tal-awtoritajiet superviżorji, inkluż permezz tal-ġbir ta’ data minn dawk l-entitajiet permezz ta’ kwestjonarji strutturati u għodod online u offline oħra.
|
|
Artikolu 5 3.
|
L-Awtorità għandha twettaq il-kompiti li ġejjin fir-rigward tas-superviżuri finanzjarji:
(a)
iżżomm lista aġġornata tas-superviżuri finanzjarji fl-Unjoni;
(b)
twettaq valutazzjonijiet perjodiċi biex tiżgura li s-superviżuri finanzjarji kollha jkollhom riżorsi, setgħat u strateġiji adegwati neċessarji għat-twettiq tal-kompiti tagħhom fil-qasam tal-AML/CFT, u tagħmel ir-riżultati ta’ tali valutazzjonijiet disponibbli;
(c)
tieħu, bi tweġiba għal talba tas-superviżuri finanzjarji għall-Awtorità biex tassumi superviżjoni diretta jew fuq inizjattiva proprja tal-Awtorità, miżuri xierqa f’ċirkostanzi eċċezzjonali li jirrikjedu l-intervent tal-Awtorità u relatati mal-konformità jew l-iskopertura għar-riskju tal-entitajiet marbuta b’obbligu mhux magħżula;
(d)
tiffaċilita l-funzjonament tal-kulleġġi superviżorji tal-AML/CFT fis-settur finanzjarju;
(e)
tikkontribwixxi, f’kollaborazzjoni mas-superviżuri finanzjarji, għall-konverġenza tal-prattiki superviżorji u l-promozzjoni ta’ standards superviżorji għoljin fil-qasam tal-AML/CFT, inkluż fir-rigward tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti tal-AML/CFT relatati ma’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati;
(f)
tikkoordina l-iskambji ta’ persunal u ta’ informazzjoni fost is-superviżuri finanzjarji fl-Unjoni fil-qasam tal-AML/CFT;
(g)
tipprovdi assistenza, fil-qasam tal-AML/CFT, lis-superviżuri finanzjarji, wara t-talbiet speċifiċi tagħhom, inklużi t-talbiet biex timmedja bejn is-superviżuri finanzjarji;
(h)
tirriżolvi, b’effetti vinkolanti, in-nuqqas ta’ qbil bejn is-superviżuri finanzjarji relatat mal-miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward ta’ entità marbuta b’obbligu, inkluż fil-kuntest tal-kulleġġi superviżorji għall-AML/CFT, wara talba speċifika kif imsemmi fil-punt (g).
|
|
Artikolu 5 4.
|
L-Awtorità għandha twettaq il-kompiti li ġejjin fir-rigward tas-superviżuri mhux finanzjarji:
(a)
iżżomm lista aġġornata tas-superviżuri mhux finanzjarji fl-Unjoni;
(b)
tikkoordina l-evalwazzjonijiet bejn il-pari tal-istandards u l-prattiki superviżorji fil-qasam tal-AML/CFT;
(c)
fil-qasam tal-AML/CFT, tinvestiga ksur potenzjali jew nuqqas ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni minn superviżuri mhux finanzjarji u awtoritajiet pubbliċi li jissorveljaw il-korpi ta’ awtoregolamentazzjoni, toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar kif jiġi rimedjat il-ksur identifikat u, meta s-superviżuri jew l-awtoritajiet pubbliċi ma jikkonformawx mar-rakkomandazzjonijiet, toħroġ twissijiet li jidentifikaw il-miżuri li jridu jiġu implimentati biex jimmitigaw l-effetti tal-ksur;
(d)
twettaq rieżamijiet perjodiċi biex tiżgura li s-superviżuri mhux finanzjarji kollha jkollhom riżorsi u setgħat adegwati neċessarji għat-twettiq tal-kompiti tagħhom fil-qasam tal-AML/CFT;
(e)
tikkontribwixxi għall-konverġenza ta’ prattiki superviżorji u l-promozzjoni ta’ standards superviżorji għoljin fil-qasam tal-AML/CFT;
(f)
tiffaċilita l-funzjonament tal-kulleġġi superviżorji tal-AML/CFT fis-settur mhux finanzjarju;
(g)
tipprovdi assistenza lis-superviżuri mhux finanzjarji, wara t-talbiet speċifiċi tagħhom, bħal talbiet biex timmedja bejn superviżuri mhux finanzjarji f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil dwar il-miżuri li jridu jittieħdu fir-rigward ta’ entità marbuta b’obbligu, inkluż fil-kuntest tal-kulleġġi superviżorji tal-AML/CFT.
Meta s-superviżjoni ta’ setturi speċifiċi tiġi ddelegata fil-livell nazzjonali lil korpi awtoregolatorji, l-Awtorità għandha teżerċita l-kompiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu fir-rigward tal-awtoritajiet superviżorji li jissorveljaw l-attivitajiet ta’ dawk il-korpi.
|
|
Artikolu 5 5.
|
L-Awtorità għandha twettaq il-kompiti li ġejjin fir-rigward tal-FIUs u l-attivitajiet tagħhom fl-Istati Membri:
(a)
iżżomm lista aġġornata tal-FIUs fi ħdan l-Unjoni;
(b)
timmonitorja t-tibdil fil-qafas ġuridiku tal-FIUs, kif ukoll fl-organizzazzjoni tagħhom, b’enfasi fuq ir-riżorsi għat-twettiq tal-kompiti tagħhom;
(c)
tappoġġa l-ħidma tal-FIUs u tikkontribwixxi għal kooperazzjoni u koordinazzjoni mtejba bejn l-FIUs;
(d)
tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni u l-għażla ta’ każijiet rilevanti għat-twettiq ta’ analiżijiet konġunti mill-FIUs;
(e)
tiżviluppa metodi u proċeduri xierqa għat-twettiq ta’ analiżijiet konġunti mill-FIUs ta’ każijiet transfruntiera;
(f)
tistabbilixxi, tikkoordina, torganizza u tiffaċilita t-twettiq ta’ analiżijiet konġunti mwettqa mill-FIUs;
(g)
tipprovdi assistenza lill-FIUs, fuq talbiet speċifiċi tagħhom, bħal talbiet għal medjazzjoni fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-FIUs;
(h)
twettaq rieżamijiet bejn il-pari tal-attivitajiet tal-FIUs li jkollhom fil-mira t-tisħiħ tal-konsistenza u l-effettività tagħhom u l-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki;
(i)
tiżviluppa u tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-FIUs għodod u servizzi li jtejbu l-kapaċitajiet ta’ analiżi tagħhom, kif ukoll servizzi u għodod tal-IT u tal-intelliġenza artifiċjali għall-kondiviżjoni sigura tal-informazzjoni, inkluż permezz tal-hosting tal-FIU.net;
(j)
tiżviluppa, taqsam u tippromwovi l-għarfien espert dwar il-metodi ta’ detezzjoni, analiżi u disseminazzjoni ta’ tranżazzjonijiet suspettużi;
(k)
fuq talba tal-FIUs, tipprovdilhom taħriġ u assistenza speċjalizzati, inkluż permezz tal-għoti ta’ appoġġ finanzjarju, fl-ambitu tal-objettivi tal-Awtorità u f’konformità mar-riżorsi tal-persunal u baġitarji għad-dispożizzjoni tagħha;
(l)
tappoġġa, fuq talba tal-FIUs, l-interazzjoni tagħhom mal-entitajiet marbuta b’obbligu billi tipprovdi għarfien espert lill-entitajiet marbuta b’obbligu, inkluż it-titjib tas-sensibilizzazzjoni u tal-proċeduri tagħhom biex jidentifikaw attivitajiet u transazzjonijiet finanzjarji suspettużi u r-rapportar tagħhom lill-FIUs;
(m)
tħejji u tikkoordina l-valutazzjonijiet u l-analiżijiet strateġiċi tat-theddid, ir-riskji u l-metodi tal-ML/TF identifikati mill-FIUs.
|
|
Artikolu 5 6.
|
Għall-fini li twettaq il-kompiti mogħtija lilha b’dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tapplika l-liġi tal-Unjoni rilevanti kollha, u meta dik il-liġi tal-Unjoni tkun magħmula minn direttivi, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi dawk id-direttivi. Meta l-liġi applikabbli tkun magħmula minn regolamenti, u meta attwalment dawk ir-regolamenti jagħtu espliċitament opzjonijiet lill-Istati Membri, l-Awtorità għandha tapplika wkoll il-leġiżlazzjoni nazzjonali li teżerċita dawk l-opzjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|