|
+Artikolu 6 1. |
Artikolu 6 1.Fir-rigward tal-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat superviżorji u investigattivi kif speċifikati fl-Artikoli 17 sa 21 u s-setgħa li timponi sanzjonijiet pekunarji u pagamenti perjodiċi ta’ penali kif speċifikat fl-Artikoli 22 u 23. L-Awtorità għandu jkollha wkoll is-setgħat u l-obbligi li s-superviżuri finanzjarji għandhom fil-qasam tal-AML/CFT skont il-liġi tal-Unjoni applikabbli, sakemm ma jkunx previst mod ieħor minn dan ir-Regolament. Sa fejn ikun neċessarju biex twettaq il-kompiti mogħtija lilha b’dan ir-Regolament, l-Awtorità tista’ titlob lis-superviżuri finanzjarji, permezz ta’ istruzzjonijiet, biex jagħmlu użu mis-setgħat tagħhom fil-qasam tal-AML/CFT, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali u f’konformità magħhom, meta dan ir-Regolament ma jagħtix tali setgħat lill-Awtorità. Għall-finijiet tal-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Awtorità tista’ toħroġ deċiżjonijiet vinkolanti indirizzati lil entitajiet marbuta b’obbligu magħżula individwali. L-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tapplika miżuri amministrattivi u timponi sanzjonijiet pekunarji għan-nuqqas ta’ konformità mad-deċiżjonijiet meħuda fl-eżerċizzju tas-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 21 f’konformità mal-Artikolu 22. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|