+Artikolu 6
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.

Artikolu 6

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.
Fir-rigward tal-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat superviżorji u investigattivi kif speċifikati fl-Artikoli 17 sa 21 u s-setgħa li timponi sanzjonijiet pekunarji u pagamenti perjodiċi ta’ penali kif speċifikat fl-Artikoli 22 u 23.

L-Awtorità għandu jkollha wkoll is-setgħat u l-obbligi li s-superviżuri finanzjarji għandhom fil-qasam tal-AML/CFT skont il-liġi tal-Unjoni applikabbli, sakemm ma jkunx previst mod ieħor minn dan ir-Regolament.

Sa fejn ikun neċessarju biex twettaq il-kompiti mogħtija lilha b’dan ir-Regolament, l-Awtorità tista’ titlob lis-superviżuri finanzjarji, permezz ta’ istruzzjonijiet, biex jagħmlu użu mis-setgħat tagħhom fil-qasam tal-AML/CFT, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali u f’konformità magħhom, meta dan ir-Regolament ma jagħtix tali setgħat lill-Awtorità.

Għall-finijiet tal-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Awtorità tista’ toħroġ deċiżjonijiet vinkolanti indirizzati lil entitajiet marbuta b’obbligu magħżula individwali. L-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tapplika miżuri amministrattivi u timponi sanzjonijiet pekunarji għan-nuqqas ta’ konformità mad-deċiżjonijiet meħuda fl-eżerċizzju tas-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 21 f’konformità mal-Artikolu 22.

Artikolu 6 2.

Fir-rigward tas-superviżuri u tal-awtoritajiet superviżorji, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat li ġejjin:

(a) 

li tirrikjedi s-sottomissjoni ta’ informazzjoni jew dokumenti, inklużi spjegazzjonijiet bil-miktub jew orali, neċessarji għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħha, inkluża informazzjoni statistika u informazzjoni rigward il-proċessi jew l-arranġamenti interni tas-superviżuri u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, u li taċċessa u tislet dik l-informazzjoni mill-kwestjonarji strutturati komuni u għodod online u offline oħrajn żviluppati mill-Awtorità;

(b) 

li toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet;

(c) 

li toħroġ talbiet għal azzjoni u istruzzjonijiet dwar miżuri li jridu jittieħdu fir-rigward ta’ entitajiet marbuta b’obbligu mhux magħżula skont il-Kapitolu II, it-Taqsima 4;

(d) 

li tagħmel medjazzjoni fuq talba ta’ superviżur finanzjarju jew superviżur mhux finanzjarju;

(e) 

fuq it-talba tas-superviżuri finanzjarji, li ssolvi, b’effett vinkolanti, nuqqas ta’ qbil bejn is-superviżuri finanzjarji, inkluż fil-kuntest tal-kulleġġi superviżorji tal-AML/CFT.

Artikolu 6 3.

Fir-rigward tal-FIUs fl-Istati Membri, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat li ġejjin:

(a) 

li titlob data u analiżijiet mhux operazzjonali mill-FIUs, fejn ikunu neċessarji għall-valutazzjoni tat-theddid, il-vulnerabbiltajiet u r-riskji li qed jiffaċċja s-suq intern fir-rigward tal-ML/TF;

(b) 

li tiġbor informazzjoni u statistika fir-rigward tal-kompiti u l-attivitajiet tal-FIUs;

(c) 

li tikseb u tipproċessa l-informazzjoni u d-data meħtieġa biex tibda, twettaq u tikkoordina l-analiżijiet konġunti kif speċifikat fl-Artikolu 40;

(d) 

li toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet.

Artikolu 6 4.

Għall-finijiet li twettaq il-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1), l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat li ġejjin:

(a) 

li tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji f’konformità mal-Artikolu 49;

(b) 

li tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 53;

(c) 

li toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet, kif previst fl-Artikolu 54;

(d) 

li toħroġ opinjonijiet għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill u għall-Kummissjoni, kif previst fl-Artikolu 55.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.