|
Is-sanzjonijiet pekunarji u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti skont l-Artikoli 22 u 23 għandhom ikunu infurzabbli. L-infurzar għandu jkun irregolat bir-regoli tal-proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jitwettaq l-infurzar. L-ordni għall-infurzar għandha tiġi mehmuża mad-deċiżjoni li jiġu imposti sanzjonijiet pekunarji jew pagamenti perjodiċi ta’ penali skont l-Artikoli 22 u 23, mingħajr ebda formalità oħra għajr il-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni mill-awtorità li l-gvern ta’ kull Stat Membru għandu jaħtar għal dik il-fini u għandu jgħarraf lill-Awtorità u lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Meta dawk il-formalitajiet ikunu ġew ikkompletati fuq talba mill-parti kkonċernata, dik il-parti tista’ tipproċedi għall-infurzar f’konformità mal-liġi nazzjonali, billi tressaq il-kwistjoni direttament quddiem il-korp kompetenti. L-infurzar jista’ jiġi sospiż biss b’deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-qrati tal-Istat Membru kkonċernat għandu jkollhom ġuriżdizzjoni fuq ilmenti li l-infurzar ikun qed jitwettaq b’mod irregolari.
|