+Artikolu 29
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
|
Artikolu 29
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1.
|
L-Awtorità u s-superviżuri finanzjarji għandhom jadottaw arranġamenti għall-komunikazzjonijiet tagħhom fis-sistema superviżorja tal-AML/CFT, inkluż il-lingwa/i li għandhom jintużaw.
|
|
Artikolu 29 2.
|
Kwalunkwe dokument li entità marbuta b’obbligu magħżula jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra soġġetta individwalment għall-proċeduri superviżorji tal-Awtorità tissottometti lill-Awtorità jista’ jiġi abbozzat fi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, magħżula mill-entità marbuta b’obbligu magħżula jew mill-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata.
|
|
Artikolu 29 3.
|
L-Awtorità, l-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula u kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika oħra soġġetta individwalment għall-proċeduri superviżorji tal-Awtorità jistgħu jaqblu li jużaw esklużivament waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni fil-komunikazzjonijiet bil-miktub tagħhom, inkluż fir-rigward tad-deċiżjonijiet superviżorji tal-Awtorità.
|
|
Artikolu 29 4.
|
Meta ftehim dwar l-użu esklużiv ta’ lingwa waħda kif imsemmi fil-paragrafu 3 jiġi sussegwentement revokat, dik ir-revoka għandha taffettwa biss l-aspetti tal-proċedura superviżorja tal-Awtorità li jkunu għadhom ma twettqux.
|
|
Artikolu 29 5.
|
Meta l-parteċipanti f’seduta orali jitolbu li jinstemgħu f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni li ma tkunx il-lingwa tal-proċedura superviżorja tal-Awtorità, għandu jingħata avviż bil-quddiem suffiċjenti dwar dik il-ħtieġa lill-Awtorità sabiex tkun tista’ tagħmel l-arranġamenti neċessarji.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|