+Artikolu 31
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.

Artikolu 31

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1.

L-Awtorità għandha tiżgura, fl-ambitu tas-setgħat tagħha u mingħajr preġudizzju għas-setgħat tas-superviżuri finanzjarji rilevanti, li l-kulleġġi superviżorji tal-AML/CFT fis-settur finanzjarju jkunu stabbiliti u qed jiffunzjonaw b’mod konsistenti għal entitajiet marbuta b’obbligu mhux magħżula li joperaw stabbilimenti f’diversi Stati Membri f’konformità mal-Artikolu 49 tad-Direttiva (UE) 2024/1640. Għal dan il-għan, l-Awtorità tista’:

(a) 

tistabbilixxi kulleġġ, fejn tali kulleġġ ikun għadu ma ġiex stabbilit minkejja li l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tiegħu stabbiliti fl-Artikolu 49 tad-Direttiva (UE)…/… + ikunu ssodisfati, u ssejjaħ u torganizza laqgħat tal-kulleġġi;

(b) 

tassisti fl-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-kulleġġi, meta tintalab mis-superviżuri finanzjarji rilevanti;

(c) 

tassisti fl-organizzazzjoni ta’ pjanijiet superviżorji konġunti u spezzjonijiet fuq il-post konġunti jew investigazzjonijiet mhux fuq il-post konġunti;

(d) 

tiġbor u tikkondividi l-informazzjoni rilevanti kollha f’kooperazzjoni mas-superviżuri finanzjarji sabiex tiffaċilita l-ħidma tal-kulleġġ u tagħmel dik l-informazzjoni aċċessibbli għall-awtoritajiet tal-kulleġġ;

(e) 

tippromwovi attivitajiet u prattiki superviżorji effettivi u effiċjenti, inkluż l-evalwazzjoni tar-riskji li l-entitajiet marbuta b’obbligu mhux magħżula jkunu jew jistgħu jkunu esposti għalihom;

(f) 

tissorvelja, f’konformità mal-kompiti u s-setgħat speċifikati f’dan ir-Regolament, il-kompiti mwettqa mis-superviżuri finanzjarji.

Artikolu 31 2.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-persunal tal-Awtorità għandu jkollu drittijiet sħaħ ta’ parteċipazzjoni fil-kulleġġi superviżorji tal-AML/CFT u għandu jkun jista’ jipparteċipa fl-attivitajiet tagħhom, inklużi spezzjonijiet fuq il-post, imwettqa b’mod konġunt minn żewġ superviżuri finanzjarji jew aktar.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.