|
+Artikolu 31 1. |
Artikolu 31 1.L-Awtorità għandha tiżgura, fl-ambitu tas-setgħat tagħha u mingħajr preġudizzju għas-setgħat tas-superviżuri finanzjarji rilevanti, li l-kulleġġi superviżorji tal-AML/CFT fis-settur finanzjarju jkunu stabbiliti u qed jiffunzjonaw b’mod konsistenti għal entitajiet marbuta b’obbligu mhux magħżula li joperaw stabbilimenti f’diversi Stati Membri f’konformità mal-Artikolu 49 tad-Direttiva (UE) 2024/1640. Għal dan il-għan, l-Awtorità tista’:
(a)
tistabbilixxi kulleġġ, fejn tali kulleġġ ikun għadu ma ġiex stabbilit minkejja li l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tiegħu stabbiliti fl-Artikolu 49 tad-Direttiva (UE)…/… + ikunu ssodisfati, u ssejjaħ u torganizza laqgħat tal-kulleġġi;
(b)
tassisti fl-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-kulleġġi, meta tintalab mis-superviżuri finanzjarji rilevanti;
(c)
tassisti fl-organizzazzjoni ta’ pjanijiet superviżorji konġunti u spezzjonijiet fuq il-post konġunti jew investigazzjonijiet mhux fuq il-post konġunti;
(d)
tiġbor u tikkondividi l-informazzjoni rilevanti kollha f’kooperazzjoni mas-superviżuri finanzjarji sabiex tiffaċilita l-ħidma tal-kulleġġ u tagħmel dik l-informazzjoni aċċessibbli għall-awtoritajiet tal-kulleġġ;
(e)
tippromwovi attivitajiet u prattiki superviżorji effettivi u effiċjenti, inkluż l-evalwazzjoni tar-riskji li l-entitajiet marbuta b’obbligu mhux magħżula jkunu jew jistgħu jkunu esposti għalihom;
(f)
tissorvelja, f’konformità mal-kompiti u s-setgħat speċifikati f’dan ir-Regolament, il-kompiti mwettqa mis-superviżuri finanzjarji. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|