|
+Artikolu 35 3. |
Artikolu 35 3.L-evalwazzjoni bejn il-pari għandha tinkludi valutazzjoni ta’, iżda ma tkunx limitata għal:
(a)
l-adegwatezza tas-setgħat u tar-riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi, il-grad ta’ indipendenza, l-arranġamenti ta’ governanza u l-istandards professjonali tas-superviżur mhux finanzjarju biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-Kapitolu IV tad-Direttiva (UE) 2024/1640;
(b)
l-effettività u l-grad ta’ konverġenza milħuqa fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u fil-prattika superviżorja, u l-punt sa fejn il-prattika superviżorja tilħaq l-objettivi stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni;
(c)
l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki żviluppati minn superviżuri mhux finanzjarji li l-adozzjoni tagħhom tista’ tkun ta’ benefiċċju għal superviżuri mhux finanzjarji oħra;
(d)
l-effettività u l-grad ta’ konverġenza milħuqa fir-rigward tal-infurzar tad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, inklużi s-sanzjonijiet pekunarji imposti u miżuri amministrattivi applikati kontra l-persuni responsabbli meta dawk id-dispożizzjonijiet ma jkunux ġew rispettati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|