+Artikolu 35
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
---+Artikolu 35 4.
---+Artikolu 35 5.
---+Artikolu 35 6.
---+Artikolu 35 7.
---+Artikolu 35 8.
---+Artikolu 35 9.

Artikolu 35

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 35 1.
L-Awtorità għandha perjodikament twettaq evalwazzjonijiet bejn il-pari ta’ xi wħud mill-attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha tas-superviżuri mhux finanzjarji u tal-awtoritajiet pubbliċi msemmija fl-Artikolu 52 tad-Direttiva (UE) 2024/1640 biex issaħħaħ il-konsistenza u l-effettività fl-eżiti superviżorji. L-Awtorità għandha tiżviluppa metodi li jippermettu valutazzjoni u tqabbil oġġettivi bejn is-superviżuri mhux finanzjarji rieżaminati. Fejn ikun rilevanti, l-ippjanar u t-twettiq tal-valutazzjonijiet għandhom iqisu b’mod xieraq l-evalwazzjonijiet, il-valutazzjonijiet u r-rapporti mfassla minn organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi intergovernattivi b’kompetenza fil-qasam tal-AML/CFT. Il-valutazzjonijiet jistgħu jqisu wkoll l-informazzjoni li tinsab fil-bażi tad-data ċentrali tal-AML/CFT stabbilita skont l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament.

Il-metodi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi tal-qafas superviżorju f’każijiet fejn is-superviżjoni tiġi fdata lil korpi awtoregolatorji, inkluż ir-rwol tal-awtorità pubblika responsabbli għas-sorveljanza ta’ dawk il-korpi skont l-Artikolu 52 tad-Direttiva (UE) 2024/1640, u l-karatteristiċi speċifiċi tas-superviżuri f’dawk il-każijiet.

Artikolu 35 2.
L-evalwazzjonijiet bejn il-pari għandhom jitwettqu mill-persunal tal-Awtorità b’mod konġunt mal-persunal rilevanti tas-superviżuri mhux finanzjarji u tal-awtoritajiet pubbliċi kif imsemmi fl-Artikolu 52 tad-Direttiva (UE) 2024/1640.
Artikolu 35 3.

L-evalwazzjoni bejn il-pari għandha tinkludi valutazzjoni ta’, iżda ma tkunx limitata għal:

(a) 

l-adegwatezza tas-setgħat u tar-riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi, il-grad ta’ indipendenza, l-arranġamenti ta’ governanza u l-istandards professjonali tas-superviżur mhux finanzjarju biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-Kapitolu IV tad-Direttiva (UE) 2024/1640;

(b) 

l-effettività u l-grad ta’ konverġenza milħuqa fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u fil-prattika superviżorja, u l-punt sa fejn il-prattika superviżorja tilħaq l-objettivi stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni;

(c) 

l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki żviluppati minn superviżuri mhux finanzjarji li l-adozzjoni tagħhom tista’ tkun ta’ benefiċċju għal superviżuri mhux finanzjarji oħra;

(d) 

l-effettività u l-grad ta’ konverġenza milħuqa fir-rigward tal-infurzar tad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, inklużi s-sanzjonijiet pekunarji imposti u miżuri amministrattivi applikati kontra l-persuni responsabbli meta dawk id-dispożizzjonijiet ma jkunux ġew rispettati.

Artikolu 35 4.
L-Awtorità għandha tipproduċi rapport li jippreżenta r-riżultati tal-evalwazzjoni bejn il-pari. Dak ir-rapport ta’ evalwazzjoni bejn il-pari għandu jitħejja b’mod konġunt mill-persunal tal-Awtorità u mill-persunal rilevanti tas-superviżuri mhux finanzjarji u tal-awtoritajiet pubbliċi kif imsemmi fl-Artikolu 52 tad-Direttiva (UE) 2024/1640 involuti fl-evalwazzjoni bejn il-pari, u jiġi adottat mill-Bord Eżekuttiv, wara li jkun irċieva l-osservazzjonijiet tal-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni superviżorja dwar il-konsistenza tal-applikazzjoni tal-metodoloġija ma’ rapporti oħra ta’ evalwazzjoni bejn il-pari. Ir-rapport għandu jispjega u jindika l-miżuri ta’ segwitu li jitqiesu xierqa, proporzjonati u neċessarji bħala riżultat tal-evalwazzjoni bejn il-pari. Dawk il-miżuri ta’ segwitu jistgħu jiġu adottati fil-forma ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 54 u opinjonijiet skont l-Artikolu 55 ta’ dan ir-Regolament. Is-superviżuri mhux finanzjarji u l-awtoritajiet pubbliċi kif imsemmija fl-Artikolu 52 tad-Direttiva (UE) 2024/1640 għandhom jagħmlu kull sforz biex jikkonformaw ma’ kwalunkwe linja gwida u rakkomandazzjoni maħruġa, f’konformità mal-Artikolu 54(3) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 35 5.
L-Awtorità għandha tippubblika s-sejbiet tal-evalwazzjoni bejn il-pari fuq is-sit web tagħha u tinforma mill-anqas lill-Parlament Ewropew b’dan. Hija għandha tissottometti opinjoni lill-Kummissjoni meta, wara li tkun qieset l-eżitu tal-evalwazzjoni bejn il-pari jew kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba mill-Awtorità fit-twettiq tal-kompiti tagħha, hija tqis li tkun neċessarja armonizzazzjoni ulterjuri tar-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-entitajiet marbuta b’obbligu fis-settur mhux finanzjarju jew għas-superviżuri mhux finanzjarji mill-perspettiva tal-Unjoni.
Artikolu 35 6.
L-Awtorità għandha tipprovdi rapport ta’ segwitu sentejn wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-evalwazzjoni bejn il-pari. Ir-rapport ta’ segwitu għandu jitħejja b’mod konġunt mill-persunal tal-Awtorità u mill-persunal rilevanti tas-superviżuri mhux finanzjarji involuti fl-evalwazzjoni bejn il-pari u għandu jiġi adottat mill-Bord Eżekuttiv, wara li jkun irċieva l-osservazzjonijiet tal-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni superviżorja dwar il-konsistenza tal-applikazzjoni tal-metodoloġija ma’ rapporti oħra ta’ evalwazzjoni bejn il-pari. Ir-rapport ta’ segwitu għandu jinkludi valutazzjoni tal-adegwatezza u tal-effettività tal-azzjonijiet imwettqa mis-superviżuri mhux finanzjarji li kienu soġġetti għall-evalwazzjoni bejn il-pari b’risposta għall-miżuri ta’ segwitu tar-rapport ta’ evalwazzjoni bejn il-pari. L-Awtorità għandha tippubblika s-sejbiet tar-rapport ta’ segwitu fuq is-sit web tagħha.
Artikolu 35 7.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta pjan ta’ ħidma ta’ evalwazzjoni bejn il-pari kull sentejn, wara li jikkonsulta lill-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni superviżorja. Dak il-pjan ta’ ħidma ta’ evalwazzjoni bejn il-pari għandu jirrifletti t-tagħlimiet meħuda mill-proċessi passati ta’ evalwazzjoni bejn il-pari u d-diskussjonijiet fil-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni superviżorja. Il-Bord Ġenerali fil-pożizzjoni superviżorja, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu, jista’ jirrikjedi lill-Bord Eżekuttiv jadotta pjan ġdid. Il-pjan ta’ ħidma ta’ evalwazzjoni bejn il-pari għandu jikkostitwixxi parti separata mill-programm ta’ ħidma annwali u pluriennali u għandu jiġi inkluż fid-dokument uniku ta’ programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 65. Fil-każ ta’ avvenimenti urġenti jew mhux previsti, l-Awtorità tista’ tiddeċiedi li twettaq evalwazzjonijiet addizzjonali bejn il-pari.
Artikolu 35 8.
Meta l-evalwazzjonijiet bejn il-pari jikkonċernaw attivitajiet superviżorji li fi Stat Membru wieħed jew aktar jitwettqu minn korpi awtoregolatorji, l-evalwazzjoni bejn il-pari għandha tinkludi l-valutazzjoni tal-miżuri meħuda skont l-Artikolu 52 tad-Direttiva (UE) 2024/1640 mill-awtorità pubblika responsabbli mis-sorveljanza ta’ dawk il-korpi biex jiġi żgurat li jwettqu l-funzjoni tagħhom b’mod adegwat u effettiv.
Artikolu 35 9.
Meta l-evalwazzjonijiet bejn il-pari jikkonċernaw attivitajiet superviżorji li fi Stat Membru wieħed jew aktar jitwettqu minn korpi awtoregolatorji, dawk il-korpi awtoregolatorji ma għandhomx ikunu meħtieġa jipparteċipaw. Madankollu, meta jindikaw interess li jipparteċipaw f’evalwazzjoni bejn il-pari, il-persunal ta’ dawk il-korpi li huma fdati b’kompiti superviżorji għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw f’dik l-evalwazzjoni bejn il-pari.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.