+Artikolu 36
---+Artikolu 36 1.
---+Artikolu 36 2.
---+Artikolu 36 3.

Artikolu 36

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 36 1.
L-Awtorità għandha, fl-ambitu tas-setgħat tagħha u mingħajr preġudizzju għas-setgħat tas-superviżuri mhux finanzjarji rilevanti skont l-Artikolu 50 tad-Direttiva (UE) 2024/1640, tassisti fl-istabbiliment u fil-funzjonament tal-kulleġġi superviżorji tal-AML/CFT fis-settur mhux finanzjarju għall-entitajiet marbuta b’obbligu fis-settur mhux finanzjarju li joperaw stabbilimenti f’diversi Stati Membri f’konformità ma’ dak l-Artikolu.
Artikolu 36 2.

Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, l-Awtorità tista’:

(a) 

tissuġġerixxi l-istabbiliment ta’ kulleġġ fejn ma jkun ġie stabbilit l-ebda kulleġġ bħal dan minkejja li l-Awtorità tqis li l-iskopertura għar-riskji tal-ML/TF tal-entità marbuta b’obbligu u l-iskala tal-attivitajiet transfruntiera tagħha jiġġustifikaw l-istabbiliment ta’ kulleġġ, u l-konvokazzjoni u l-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-kulleġġ;

(b) 

tassisti fl-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-kulleġġ u fil-valutazzjoni ta’ jekk il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta’ superviżuri ta’ pajjiżi terzi fil-kulleġġ humiex issodisfati, meta dan jintalab mis-superviżuri mhux finanzjarji rilevanti;

(c) 

tassisti fl-organizzazzjoni ta’ pjanijiet superviżorji konġunti u spezzjonijiet fuq il-post konġunti jew investigazzjonijiet mhux fuq il-post konġunti;

(d) 

tassisti lis-superviżuri mhux finanzjarji fil-ġbir u fil-kondiviżjoni tal-informazzjoni rilevanti kollha sabiex tiffaċilita l-ħidma tal-kulleġġ u tagħmel tali informazzjoni aċċessibbli għas-superviżuri fil-kulleġġ;

(e) 

tippromwovi attivitajiet u prattiki superviżorji effettivi u effiċjenti, inkluż l-evalwazzjoni tar-riskji li l-entitajiet marbuta b’obbligu fis-settur mhux finanzjarju jkunu jew jistgħu jkunu esposti għalihom;

(f) 

toffri assistenza lis-superviżuri mhux finanzjarji, fuq it-talbiet speċifiċi tagħhom, inklużi talbiet għal medjazzjoni bejn is-superviżuri mhux finanzjarji fis-sitwazzjonijiet koperti mill-Artikolu 50(2) u (3) tad-Direttiva (UE) 2024/1640.

Artikolu 36 3.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-persunal tal-Awtorità għandu jkollu drittijiet sħaħ ta’ parteċipazzjoni fil-kulleġġi superviżorji kollha tal-AML/CFT. Bil-qbil tas-superviżuri mhux finanzjarji kkonċernati, il-persunal tal-Awtorità għandu jkun jista’ jipparteċipa fl-attivitajiet tal-kulleġġ imwettqa b’mod konġunt minn żewġ superviżuri mhux finanzjarji jew aktar, inklużi spezzjonijiet fuq il-post tal-entitajiet marbuta b’obbligu fis-settur mhux finanzjarju, ħlief dawk koperti mill-Artikolu 3, il-punt (3) (a) u (b), tar-Regolament (UE) 2024/1624.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.