|
+Artikolu 36 2. |
Artikolu 36 2.Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, l-Awtorità tista’:
(a)
tissuġġerixxi l-istabbiliment ta’ kulleġġ fejn ma jkun ġie stabbilit l-ebda kulleġġ bħal dan minkejja li l-Awtorità tqis li l-iskopertura għar-riskji tal-ML/TF tal-entità marbuta b’obbligu u l-iskala tal-attivitajiet transfruntiera tagħha jiġġustifikaw l-istabbiliment ta’ kulleġġ, u l-konvokazzjoni u l-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-kulleġġ;
(b)
tassisti fl-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-kulleġġ u fil-valutazzjoni ta’ jekk il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta’ superviżuri ta’ pajjiżi terzi fil-kulleġġ humiex issodisfati, meta dan jintalab mis-superviżuri mhux finanzjarji rilevanti;
(c)
tassisti fl-organizzazzjoni ta’ pjanijiet superviżorji konġunti u spezzjonijiet fuq il-post konġunti jew investigazzjonijiet mhux fuq il-post konġunti;
(d)
tassisti lis-superviżuri mhux finanzjarji fil-ġbir u fil-kondiviżjoni tal-informazzjoni rilevanti kollha sabiex tiffaċilita l-ħidma tal-kulleġġ u tagħmel tali informazzjoni aċċessibbli għas-superviżuri fil-kulleġġ;
(e)
tippromwovi attivitajiet u prattiki superviżorji effettivi u effiċjenti, inkluż l-evalwazzjoni tar-riskji li l-entitajiet marbuta b’obbligu fis-settur mhux finanzjarju jkunu jew jistgħu jkunu esposti għalihom;
(f)
toffri assistenza lis-superviżuri mhux finanzjarji, fuq it-talbiet speċifiċi tagħhom, inklużi talbiet għal medjazzjoni bejn is-superviżuri mhux finanzjarji fis-sitwazzjonijiet koperti mill-Artikolu 50(2) u (3) tad-Direttiva (UE) 2024/1640. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|