+Artikolu 41
---+Artikolu 41 1.
---+Artikolu 41 2.
---+Artikolu 41 3.
---+Artikolu 41 4.
---+Artikolu 41 5.
---+Artikolu 41 6.
|
Artikolu 41
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 41 1.
|
Meta r-riżultati ta’ analiżi konġunta jindikaw li hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li qed jitwettqu jew twettqu ħasil tal-flus jew attivitajiet kriminali oħra li fir-rigward tagħhom l-UPPE jista’ jeżerċita l-kompetenza tiegħu f’konformità mal-Artikolu 22 u l-Artikolu 25(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Awtorità għandha tirrapporta mingħajr dewmien żejjed ir-riżultati tal-analiżi konġunta u kwalunkwe informazzjoni rilevanti addizzjonali lill-UPPE.
|
|
Artikolu 41 2.
|
L-Awtorità għandha, f’konsultazzjoni mal-UPPE, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-format li għandu jintuża mill-Awtorità għar-rappurtar tal-informazzjoni lill-UPPE. L-Aġenzija għandha tissottometti dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sas-27 ta’ Ġunju 2026. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 53.
|
|
Artikolu 41 3.
|
Meta r-riżultati ta’ analiżi konġunta jindikaw li hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li qed jitwettqu jew twettqu frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li fir-rigward tagħhom l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jeżerċita l-kompetenza tiegħu f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Awtorità għandha tittrażmetti r-riżultati tal-analiżi konġunta u kwalunkwe informazzjoni rilevanti addizzjonali lill-OLAF.
|
|
Artikolu 41 4.
|
Bil-kunsens espliċitu tal-FIUs kollha li jipparteċipaw fl-analiżi konġunta u meta r-riżultati tal-analiżi konġunta jindikaw li hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li twettaq reat kriminali li fir-rigward tiegħu l-Europol tista’ teżerċita l-kompetenza tagħha f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
12
), l-Awtorità għandha tittrażmetti r-riżultati tal-analiżi konġunta u kwalunkwe informazzjoni rilevanti addizzjonali lill-Europol.
|
|
Artikolu 41 5.
|
Bil-kunsens espliċitu tal-FIUs kollha li jipparteċipaw fl-analiżi konġunta, u meta r-riżultati tal-analiżi konġunta jindikaw li hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li twettaq reat kriminali li fir-rigward tiegħu l-Eurojust tista’ teżerċita l-kompetenza tagħha f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
13
), l-Awtorità għandha tittrażmetti r-riżultati tal-analiżi konġunta u kwalunkwe informazzjoni rilevanti addizzjonali lill-Eurojust.
|
|
Artikolu 41 6.
|
L-Awtorità, l-UPPE, l-Europol, il-Eurojust u l-OLAF jistgħu jiskambjaw informazzjoni strateġika u informazzjoni mhux operazzjonali oħra, bħal tipoloġiji u indikaturi tar-riskju, fl-oqsma fil-kompetenza tagħhom. Il-kundizzjonijiet għall-iskambju tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu stabbiliti fl-arranġamenti ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 94.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|