+Artikolu 44
---+Artikolu 44 1.
---+Artikolu 44 2.
---+Artikolu 44 3.
---+Artikolu 44 4.
---+Artikolu 44 5.
---+Artikolu 44 6.
|
Artikolu 44
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 44 1.
|
L-FIU ta’ kull Stat Membru għandha tiddelega membru wieħed jew aktar tal-persunal lill-Awtorità. Il-post tax-xogħol regolari tad-delegat tal-FIU nazzjonali għandu jkun is-sede tal-Awtorità.
|
|
Artikolu 44 2.
|
Id-delegati tal-FIU għandu jkollhom l-istatus ta’ persunal tal-FIU deleganti fiż-żmien tal-ħatra tagħhom u għat-tul kollu tad-delega tagħhom. L-Istati Membri għandhom jaħtru d-delegat tal-FIU tagħhom abbażi ta’ livell għoli ppruvat ta’ esperjenza rilevanti u prattika fil-qasam tal-kompiti tal-FIU. Id-delegat għandu jibqa’ taħt l-awtorità tal-FIU deleganti u għandu jikkonforma mar-regoli ta’ sigurtà u kunfidenzjalità tal-FIU deleganti, inkluż il-liġi nazzjonali rilevanti.
|
|
Artikolu 44 3.
|
Il-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni tal-FIU jista’ jirrifjuta persuna li tkun inħatret bħala delegat tal-FIU jekk dik il-persuna ma tissodisfax il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2. Il-mandat tad-delegati tal-FIU għandu jkun ta’ tliet snin, li jista’ jiġġedded darba bil-kunsens tal-FIU deleganti.
|
|
Artikolu 44 4.
|
Id-delegati tal-FIU għandhom jappoġġaw lill-Awtorità fit-twettiq tal-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 5(5). Għal dak il-għan, id-delegati tal-FIU għandhom jingħataw aċċess għad-data u għall-informazzjoni tal-Awtorità sa fejn ikun neċessarju biex jitwettqu l-kompiti tagħhom għat-tul ta’ żmien tad-delega.
|
|
Artikolu 44 5.
|
Id-delegati tal-FIU għandhom jingħataw aċċess għal kwalunkwe data aċċessibbli mill-FIU deleganti tagħhom għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 5(5).
|
|
Artikolu 44 6.
|
Il-Bord Eżekuttiv għandu jiddetermina d-drittijiet u l-obbligi tad-delegati tal-FIU fir-rigward tal-Awtorità, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni tal-FIU. L-FIUs għandhom jiżguraw li d-delegati tagħhom jikkonformaw ma’ dawk id-drittijiet u l-obbligi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|