+Artikolu 45
---+Artikolu 45 1.
---+Artikolu 45 2.
---+Artikolu 45 3.
---+Artikolu 45 4.
|
Artikolu 45
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45 1.
|
Fil-kuntest tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni u l-appoġġ tal-ħidma tal-FIUs, l-Awtorità, b’kont meħud tal-ħtiġijiet tal-FIUs, għandha tippromwovi approċċi, metodi u l-aħjar prattiki komuni. L-Awtorità għandha wkoll torganizza u tiffaċilita b’mod partikolari l-attivitajiet li ġejjin:
(a)
programmi ta’ taħriġ, inkluż fir-rigward tal-innovazzjoni teknoloġika;
(b)
skambji ta’ persunal u skemi ta’ sekondar, inkluż l-issekondar ta’ persunal tal-FIU minn Stat Membru għall-Awtorità;
(c)
skambji ta’ prattiki bejn l-FIUs, inkluż il-kondiviżjoni ta’ għarfien espert f’qasam speċifiku;
(d)
l-iżvilupp jew l-akkwist ta’ għodod u servizzi tal-IT biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ analiżi tal-FIUs.
|
|
Artikolu 45 2.
|
FIU tista’ tissottometti lill-Awtorità talba għall-assistenza relatata mal-kompiti tal-FIU, li tispeċifika t-tip ta’ assistenza li tfittex mill-persunal tal-Awtorità, mill-persunal ta’ FIU waħda jew aktar, jew kombinament tagħhom. L-FIU li titlob l-assistenza għandha tiżgura li l-aċċess jingħata għal kwalunkwe informazzjoni u data neċessarji għall-għoti ta’ tali assistenza. L-Awtorità għandha żżomm u taġġorna b’mod regolari l-informazzjoni dwar oqsma speċifiċi ta’ għarfien espert u dwar il-kapaċità tal-FIUs li jipprovdu assistenza reċiproka relatata mal-kompiti tal-FIUs.
|
|
Artikolu 45 3.
|
L-Awtorità għandha tagħmel kull sforz biex tipprovdi l-assistenza mitluba, inkluż billi tikkunsidra l-appoġġ li għandu jiġi pprovdut bir-riżorsi umani tagħha stess kif ukoll li tikkoordina u tiffaċilita l-għoti ta’ kwalunkwe forma ta’ assistenza minn FIUs oħra fuq bażi volontarja.
|
|
Artikolu 45 4.
|
Fil-bidu ta’ kull sena, il-President tal-Awtorità għandu jinforma lill-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni tal-FIU dwar ir-riżorsi umani li l-Awtorità tista’ talloka biex tipprovdi l-assistenza msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Meta jseħħu bidliet fid-disponibbiltà tar-riżorsi umani minħabba t-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 5(5), il-President tal-Awtorità għandu jinforma b’dan lill-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni tal-FIU.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|