+Artikolu 46
---+Artikolu 46 1.
---+Artikolu 46 2.
---+Artikolu 46 3.
---+Artikolu 46 4.
---+Artikolu 46 5.
---+Artikolu 46 6.

Artikolu 46

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 46 1.
L-Awtorità tista’ tiffaċilita soluzzjoni fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn żewġ FIUs jew aktar rigward każijiet individwali relatati mal-kooperazzjoni, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni, skont id-Direttiva (UE) 2024/1640. L-għan ta’ tali medjazzjoni għandu jkun li tirrikonċilja fehmiet diverġenti bejn l-FIUs u li tadotta opinjoni mhux vinkolanti.
Artikolu 46 2.
Meta nuqqas ta’ qbil ma jkunx jista’ jiġi solvut permezz ta’ kuntatt dirett u djalogu bejn l-FIUs kkonċernati, l-Awtorità għandha tniedi proċedura ta’ medjazzjoni fuq talba ta’ waħda jew aktar minn dawk l-FIUs. L-Awtorità tista’ wkoll tipproponi t-tnedija ta’ proċedura ta’ medjazzjoni fuq l-inizjattiva proprja tagħha. Il-medjazzjoni għandha titwettaq biss bil-qbil tal-FIUs kollha kkonċernati.
Artikolu 46 3.
Il-proċedura ta’ medjazzjoni għandha titnieda quddiem il-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni tal-FIU. Il-membri kollha tal-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni tal-FIU, ħlief il-kapijiet tal-FIUs li huma kkonċernati min-nuqqas ta’ qbil, għandhom ifittxu li jirrikonċiljaw il-fehmiet tal-FIUs li huma kkonċernati min-nuqqas ta’ qbil u għandhom jaqblu dwar opinjoni mhux vinkolanti. Fejn ikun rilevanti, esperti mill-Kummissjoni jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-proċedura ta’ medjazzjoni f’kapaċità konsultattiva.
Artikolu 46 4.
Il-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni tal-FIU għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura għall-proċeduri ta’ medjazzjoni, inkluż l-iskadenzi applikabbli.
Artikolu 46 5.
Meta FIU li tkun ikkonċernata minn nuqqas ta’ qbil tirrifjuta li tipparteċipa fil-proċedura ta’ medjazzjoni, hija għandha tinforma lill-Awtorità u lill-FIUs l-oħrajn li jkunu kkonċernati min-nuqqas ta’ qbil bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha fil-perjodu speċifikat fir-regoli ta’ proċedura msemmija fil-paragrafu 4.
Artikolu 46 6.
Fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tal-opinjoni mhux vinkolanti msemmija fil-paragrafu 3, l-FIUs li huma kkonċernati min-nuqqas ta’ qbil għandhom jirrapportaw lill-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni tal-FIU rigward il-miżuri li jkunu ħadu b’reazzjoni għall-opinjoni jew, fejn ma jkunux ħadu miżuri, rigward ir-raġunijiet li għalihom ma jkunux għamlu dan.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.