+Artikolu 60
---+Artikolu 60 1.
---+Artikolu 60 2.
---+Artikolu 60 3.
---+Artikolu 60 4.
---+Artikolu 60 5.
---+Artikolu 60 6.
---+Artikolu 60 7.
---+Artikolu 60 8.
|
Artikolu 60
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 60 1.
|
Il-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni superviżorja għandu jieħu d-deċiżjonijiet relatati mal-kompiti msemmija fl-Artikoli 7 sa 10, kif ukoll kwalunkwe deċiżjoni oħra li, skont dan ir-Regolament trid tittieħed mill-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni superviżorja.
|
|
Artikolu 60 2.
|
Il-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni superviżorja jista’ jagħti l-opinjoni tiegħu dwar kwalunkwe abbozz ta’ deċiżjoni mħejji mill-Bord Eżekuttiv b’relazzjoni ma’ entitajiet marbuta b’obbligu magħżula, f’konformità mal-Kapitolu II, it-Taqsima 3, u l-Artikolu 64(2). Il-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni superviżorja u l-Bord Eżekuttiv għandhom jaqblu b’mod konġunt dwar, u jadottaw, il-proċeduri u l-iskedi ta’ żmien li għandhom jiġu segwiti sabiex tingħata l-opinjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, u jadottawhom.
|
|
Artikolu 60 3.
|
Il-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni tal-FIUs għandu jwettaq il-kompiti u jadotta d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5) u fil-Kapitolu II, it-Taqsima 6.
|
|
Artikolu 60 4.
|
Il-Bord Ġenerali għandu jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, il-linji gwida u d-deċiżjonijiet tal-Awtorità msemmija fil-Kapitolu II, it-Taqsima 7, fil-kompożizzjoni xierqa, filwaqt li jqis is-suġġett tal-istrument. Meta strument partikolari jikkonċerna kemm kwistjonijiet relatati mas-superviżjoni u mal-FIUs, il-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni superviżorja u l-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni tal-FIU għandhom kull wieħed jadottaw b’mod separat dawk l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, il-linji gwida u d-deċiżjonijiet. L-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, u l-linji gwida għandhom jiġu adottati abbażi ta’ proposta tal-kumitat intern rilevanti.
|
|
Artikolu 60 5.
|
Il-Bord Ġenerali għandu jivvota dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-Artikolu 49 u l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 53 u jissottomettihom lill-Kummissjoni għall-adozzjoni, fil-kompożizzjoni xierqa, filwaqt li jqis is-suġġett tal-istandards.
|
|
Artikolu 60 6.
|
Il-Bord Ġenerali fi kwalunkwe kompożizzjoni għandu jiġi kkonsultat dwar l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Bord Eżekuttiv f’konformità mal-Artikolu 64(4), il-punti (a), (c), (e) u (m). Meta d-deċiżjoni sussegwenti meħuda mill-Bord Eżekuttiv tiddevja mill-opinjoni tal-Bord Ġenerali, il-Bord Eżekuttiv għandu jipprovdi r-raġunijiet għal dan bil-miktub.
|
|
Artikolu 60 7.
|
Il-Bord Ġenerali għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu u jippubblikahom.
|
|
Artikolu 60 8.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 63(3) u (4) u l-Artikolu 68(1) u (2), il-Bord Ġenerali għandu jeżerċita s-setgħat mogħtija mir-Regolamenti tal-Persunal lill-awtorità tal-ħatra u mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra lill-awtorità mogħtija s-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta’ impjieg (“is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra”) fir-rigward tal-President tal-Awtorità u l-ħames membri full-time tal-Bord Eżekuttiv, matul il-mandat tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|